Home > Lectio Divina > Lectio Divina: 22   Ħadd Matul Sena A

Lectio Divina: 22   Ħadd Matul Sena A


Vanġelu (Matt. 16, 21-27):  “…meħtieġ li mmur Ġerusalem.”  Ġesu kien jaf x’kien lest għalih Ġerusalem. Din  kienet  il-belt kapitali tal-poter.  Kulħadd kellu ambizzjoni li jikseb ftit jew wisq poter.  Ġesu ried imur hemm biex ineħħi dil-mentalita kompetittiva u jipproponi dinja ġdida fejn jirrenjaw l-imħabba u s-servizz għall-oħrajn.  Ġesu ħabb l-Iskribi, l-Fariżej u l-qassisin il-kbar, avolja dawn se jkunu responsabbli għall-mewt tiegħu.  Habbhom u xtaq jibdlilhom qalbhom billi jurihom kemm ikun aħjar għal kull bniedem li jgħix  kif qed jgħid Hu.  Għalhekk “kien meħtieġ” li, biex jaqdi l-missjoni Tiegħu, idawwar u jdawwal in-nies tal-poter.

  1. L-anżjani tal-poplu, il-qassisin u l-Iskribi, li kienu jiffurmaw is-Sinedriju, ser jopponu lil Ġesu. L-anzjani kienu jħarsu l-idea antika tal-bniedem ġust, imbierek minn Alla meta jħares it-tradizzjonijiet tagħhom. Il-bniedem li rnexxa għalihom kien dak li jilħaq fl-għoli biex jiġi servut.  Anki jekk juża’ l-vjolenza, qisu bhima selvaġġa, biex jilħaq l-iskop tiegħu.  Ġesu jippreżenta ruħu mhux bħala bhima imma bħala ħaruf, biex juri lill-anzjani li l-imġieba tagħhom hija diżumana. Il-qassisin kienu jħarsu r-reliġjon antika fejn, biex tieħu xi ħaġa minn għand Alla, trid toffrilu sagrifiċċju, inċens, eċċ.  Dan rapport kummerċjali.  Ġesu ser jiċħad din ir-reliġjon u jippreżenta lil Alla bħala Missier li jħobb ‘l uliedu bla ma jistenna xejn lura minnhom.  Li ngħin lill-proxxmu u li nagħmel lil xi ħadd ferħan hu l-unika duħħan tas-sagrifiċċju jew inċens li jiggosta Alla.  L-Iskribi kkapparraw il-kelma t’Alla, u ma kienu jħallu lil ħadd jinterpretawha ħliefhom. Insew li Alla ġie ppreżentat bħala Mħabba, Missier u Għarus.  Minn flok, kienu jpinġu lil Alla bħala mħallef sever li jobgħod lill-midinbin.  Ġesu se jikklaxxja ma’ dawn ukoll, għax se juri li Alla jħobb lil min tbiegħed minnu, iridhom ferħanin, u jrid ireġġagħhom lura għandu.  Ġesu se jikkonfronta s-Sinedriju bl-imħabba, forsi jindunaw il-qlub ta’ lpup li għandhom meta jagħmlu kuntrast mal-Ħaruf.
  2. “….isofri ħafna.. joqtluh, u fit-tielet jum iqum.” Din kienet kelma misterjuża.  Ġesu jitlob biss fiduċja u fidi fil-proposta Tiegħu ta’ dinja ġdida, bniedem ġdid, ta’ ħajja mogħtija mill-bniedem li rnexxa tassew. Pietru, għan-nom ta’ sħabu, ilumu: “Ma jkun qatt li dan jgħaddi mingħalik.”  Pietru ġibdu lejh biex id-dixxipli l-oħra ma jisimgħuhx. “Ilumu” proprjament “Iċanfru” – hu l-istess verb użat meta Ġesu keċċa xi xitan. Pietru jċanfar lil Ġesu: “X’mort tgħid? Kif tista’ titkellem fuq Alla li mhux se jipproteġi bniedem ġust bħalek?” Għal Pietru, Ġesu qed jgħid kliem kontra l-katekiżmu li kien tgħallem f’żogħżitu.  Kien sema’ dawn il-passaġġi mill-Iskrittura: “Dan ir-re, bin David, isaltan minn baħar sa baħar, mix-xmara Ewfrati sa truf l-art.  L-għedewwa tiegħu jieklu r-ramel. Is-slaten kollha jiġu jqimuh f’riġlejh.” (Salm 72)  Iġmla minn kullimkien iġibulu deheb u nċens u jipproklamaw il-glorja tal-Mulej.” (Isaija) U issa Ġesu qed jgħid li se jgħelbuh il-qawwiet ta’ Ġerusalem?   Ġesu jdur biex jisimgħuh id-dixxipli kollha: “Itlaq minn quddiemi” jew aħjar “Itlaq warajja, u imxi il-mixja Tiegħi, biex tibni rapport sewwa ma’ Alla.  Tkunx ‘Satana’, i.e. tinterpretax l-iskrittura skond il-kriterji tal-bnedmin. Skond dawn, tkun kbir meta tiddomina. Skond il-kriterji t’Alla tkun kbir meta tmur fl-aħħar post u tirregala ħajtek bħala servizz.” Ftit ilu kien għadu kif qallu “blata” għall-bini tat-Tempju l-Ġdid.  Issa jsejjaħlu “skandlu”, i.e. ġebla f’nofs it-triq li tfixkel il-progress tal-mixja Tiegħu. Ġesu jkompli jiċċara l-missjoni Tiegħu: “Jekk xi ħadd irid jiġi warajja, għandu jiċħad lilu nnifsu.” Dal-kliem jgħodd għalina wkoll.  Jekk inkomplu naħsbuha bħal Pietru, inkunu fis-servizz tax-xitan.  Imma, jekk minn rajna, bil-liberta kollha, naċċettaw it-tagħlim kollu ta’ Ġesu kif inhu, mingħajr tgħawwiġ (mhux nimmodifikawh biex jakkomoda lilna kif jaqblilna), irridu niċħdu lilna nfusna.  L-eġoiżmu hu ankrat fil-qalb tal-bniedem.  L-egoist moħħu dejjem biex l-ewwel jaħseb għalih innifsu u jpoġġi lilu nnifsu fiċ-ċentru tal-attenzjoni biex jikseb vantaġġ fuq l-oħrajn.  Illum il-kompetizzjoni hija aċċettata bħala mod ta’ tkabbir tal-produzzjoni.  Din aktarx toħloq konflitti. Il-bniedem ma ġiex ipprogrammat biex ikun egoist. Ħafna drabi jistħi u jaħbi xi att ta’ egoiżmu li jkun għamel.  Ġesu jsaħħaħ din l-ideja bil-proposta tal-bniedem li jirnexxi tassew meta jinsa lilu nnifsu u jaħseb l-ewwel dejjem kif se jgħin u jferraħ lill-proxxmu.  Xi wħud jaħsbu li b’hekk jitilfu ħajjithom.  Ġesu jassigurahom li dan hu l-inika mod biex isibuha, jikkonservawha u jattwawha.
  3. “…jerfa’ salibu..” dan ma jfissirx li nistaportu bil-paċenzja l-inkwiet li jinqala’ fil-ħajja, imma li naċċettaw bil-ferħ li nimxu pass pass ma’ Ġesu li ddeċieda li jirregala ħajtu bħala seftur, ilsir. Ġesu miss il-qiegħ nett meta ssallab bħal seftur jew ilsir. Id-dixxiplu irid ikun seftur/ilsir  tal-oħrajn.  Dan hu kuntrarju tal-idejal tad-dinja, imma Ġesu jinsisti li dan hu l-uniku mod biex wieħed jgħix ħajja awtentika u ġenwina.
  4. “….. imxi warajja…” Min jimxi wara xi ħadd irid isammar għajnejh fuqu biex jara fejn sejjer.Min jimxi wara Ġesu irid ikun jaf x’inhuma l-ħsibijiet Tiegħu. Kull xewqa li jkollu d-dixxiplu jrid jara  taqbilx max-xewqat ta’ Ġesu.
  5. “Għax min irid isalva ħajtu jitlifha; imma min jitlef ħajtu għall-imħabba tiegħi, isibha. Għax x’ikun jiswielu l-bniedem jekk jikseb id-dinja kollha u mbagħad jitlef ħajtu? Jew xi prezz se jagħti l-bniedem biex jerġa’ jikseb ħajtu?” F’salm 49 insibu: “….l-iblah u l-behlieni lkoll jintemmu, u lil ta’ wrajhom iħallu ġidhom….. Din xortih min jittama fih innifsu.”  Ġesu llum ifakkarni li dil-ħajja xi darba se tasal għat-tmiem. Hu jixtieq bil-qawwa kollha li meta nħares lura nkun nista’ ngħid: “Ħajti ma ħlejtiex iżda għamilt ħilti biex inħobb u nservi.”  Dan hu l-uniku prezz li se nagħti biex nikseb lura ħajti.  Fit-tmiem ta’ ħajti, mhux x’jaħsbu n-nies fuq kemm rekkint ġid u semmew bliet u toroq għalija jgħodd (bħat-30 Cesarea u 20 Alessandria li hawn fid-dinja), imma x’jaħseb fuqi Alla.

Sors:  lachiesa.it/liturgia/omelie/padre fernando armellini

Categories: Lectio Divina
  1. No comments yet.
  1. No trackbacks yet.

Comment

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s

%d bloggers like this: