Home > Aħbarijiet > Il-Papa jawgura lill-Maltin titjib fil-kwalità tal-ħajja barra progress ekonomiku

Il-Papa jawgura lill-Maltin titjib fil-kwalità tal-ħajja barra progress ekonomiku


Is-Sibt, 14 ta’ Ottubru 2017: In-Nunzju Appostoliku ġdid għal Malta, Monsinjur Alessandro D’Errico, qal li l-Papa Franġisku jixtieq li ħafna affarijiet pożittivi jinkisbu bis-saħħa tal-progress ekonomiku li Malta rreġistrat matul is-snin. Fl-istess waqt il-Papa wera x-xewqa li flimkien mal-progress ekonomiku ikun hemm, anzi jiżdiedu, l-inizjattivi li jtejbu l-kwalità tal-ħajja taċ-ċittadin, speċjalment dawk l-iżjed vulnerabbli.

1249123-400xNoneRapport fuq is-sit newsbook.com.mt żied jgħid li n-Nunzju Appostoliku kien qed jitkellem waqt riċeviment li sar illejla fil-Palazz ta’ San Anton, wara li dalgħodu ppreżenta l-kredenzjali tiegħu lill-President tal-Repubblika, Marie Louise Coleiro Preca.

In-Nunzju tkellem dwar ir-relazzjoni bejn l-Istat tal-Vatikan u Malta u qal li l-Papa Franġisku huwa kuntent bill-kollaborazzjoni li dejjem kien hemm bejniethom.
In-Nunzju Appostoliku faħħar ukoll il-ħidma tal-Knisja f’Malta u qal li fil-ftit ġimgħat li ilu Malta nnota s-sehem pożittiv li din tagħti fl-oqsma tal-kultura, l-edukazzjoni, is-saħħa, l-għajnuna lil dawk fil-bżonn u fil-ħidma tagħha biex tipproteġi d-drittijiet umani.

In-Nunzju qal li l-Papa jsegwi b’attenzjoni kbira s-sehem ta’ Malta fl-Unjoni Ewropea biex ikunu indirizzati sitwazzjonijiet diffiċli bħall-immigrazzjoni u ħeġġeġ kemm lill-istat u anke lill-Knisja biex jippromovu u jieħdu miżuri li jirrispettaw id-dinjità ta’ kull persuna.

Hu qal li jkun kuntent li jagħti sehmu fit-tiftix ta’ inizjattivi u proposti li jgħinu lil Malta taffaċċja l-isfidi, kemm dawk lokali u anke internazzjonali. Barra minn hekk huwa kuntent biex jagħti l-kontribut tiegħu biex tikber il-kollaborazzjoni mal-Awtoritajiet u l-istituzzjonijiet ċivili.

Mill-Kamra tal-Aħbarijiet ta’ Radju Marija

Categories: Aħbarijiet
  1. No comments yet.
  1. No trackbacks yet.

Comment

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s

%d bloggers like this: