Home > Aħbarijiet > Id-duttrina ma nistgħux nikkonservawha fin-naftalina biex ma nħalluhiex tiżviluppa

Id-duttrina ma nistgħux nikkonservawha fin-naftalina biex ma nħalluhiex tiżviluppa


Is-Sibt, 14 ta’ Ottubru 2017: Il-ħarsien tal-patrimonju tal-fidi u l-verità li ħallewlna l-Missirijiet, u li nibqgħu mexjin fl-appostolat mit-toroq ġodda tal-preżent bil-ferħ u l-ħniena, hu dmir tal-Knisja, u għall-poplu t’Alla hi grazzja u missjoni ta’ responsabbiltà.  Il-Papa għamel din l-istqarrija waqt intervent fit-tifkira tal-25 sena minn mindu l-Papa San Ġwanni Pawlu II kien iffirma l-Kostituzzjoni Appostolika Fidei Depositum (id-Depożitu tal-fidi).

7ed0357f48d5d44bc17edc525c764351

Il-Kardinal Bergoglio, illum il-Papa Franġisku, flimkien mal-Papa Ġwanni Pawlu II

Dan id-dokument kien ħareġ flimkien mal-Katekiżmu tal-Knisja Kattolika li fil-fehma tal-Papa Wojtyla kellu jkun strument biex jikber l-għarfien ta-fidi u biex ikun qrib id-dinja kontemporanja bi tweġibiet għall-mistoqsijiet umani li jinbtu propju mill-fidi.

Għaldaqstant, osserva l-Papa Franġisku, mhux biżżejjed li nfittxu lingwaġġ ġdid biex nispjegaw il-fidi li kienet minn dejjem. Hu meħtieġ u urġenti li quddiem l-isfidi l-ġodda u l-prospettivi li qed jinfetħu quddiem l-umanità, il-Knisja tkun tista’ tesprimi n-novitajiet tal-Vanġelu ta’ Kristu illi, minkejja li huma miġburin fil-Kelma t’Alla, għadhom ma rawx id-dawl.

Iżda s-sustanza tad-duttrina u tat-tagħlim, għandha tkun orjentata lejn il-karità, li qatt mhu se jkollha tmiem. Dejjem u f’kollox, kompla jgħid, trid tingħata importanza lill-imħabba tal-Mulej.
F’dan id-dawl hemm tema li għandha tingħata l-ispazju meħtieġ fil-Katekiżmu tal-Knisja Kattolika: il-piena kapitali.

Quddiem dil-problema ma nistgħux ma nżommux f’moħħna kemm tal-progress li għamlet id-duttrina bis-saħħa tal-aħħar papiet, kif ukoll tal-atteġġjament tal-poplu Nisrani li jirrifjuta li jaċċetta ħaġa li toffendi bla qies id-dinjità umana. Dan ma nistgħu naċċettawh qatt, saħaq il-Papa Franġisku.

Irridu nsostnu bil-qawwa li l-kundanna għall-piena tal-mewt hi diżumana, umiljanti, issir kif issir, għax toffendi d-dinjità umana. Minnha nfisha hi kuntrarja għall-Vanġelu għax hi deċiżjoni li biha tittieħed il-ħajja li hi dejjem sagra f’għajnejn il-Ħallieq u li Alla biss għandu s-setgħa fuqha.

Ebda bniedem, insista l-Papa Franġisku, lanqas dak li qatel, ma jitlef id-dinjità personali għax Alla hu Missier li jistenna dejjem lil ibnu jerġa’ lura, il-bniedem li jagħraf li żbalja, jitlob maħfra u jibda ħajja ġdida. Għaldaqstant lil ħadd ma tista’ titteħidlu mhux biss il-ħajja imma wkoll il-possibiltà li jirregola l-ħajja morali u eżistenzjali tiegħu biex jibda jkun ta’ fejda għall-komunità.

Fil-passat, qal il-Papa, dan ir-rimedju estrem u diżuman kien jintuża minħabba nuqqas ta’ maturità soċjali. Kien konsegwenza loġika għall-applikazzjoni tal-ġustizzja mħaddma anki fl-istess Stat Pontifiċju.

Nammettu r-responsabbiltà u nammettu li dawk ir-rimedji kellhom warajhom mentalità aktar legalistika milli Kristjana. Is-setgħa u l-għana materjali kienu wasslu biex anki s-Santa Sede tagħti importanza żejda lill-valur tal-liġi. F’dan id-dawl jekk nibqgħu newtrali nkabbru l-ħtija tagħna.

F’dan li qed nistqarr m’hemm ebda kuntradizzjoni għax il-Knisja minn dejjem iddefendiet il-valur tal-ħajja mill-konċepiment sat-tmien naturali tagħha, madankollu, huwa l-iżvilupp armoniku tad-duttrina li jitlob minna li ma nġibux aktar argumenti li jmorru kontra l-mod kif qed nifhmu r-realtà llum.

It-tradizzjoni hi realtà ħajja u jekk nifhmu ‘d-depożitu tal-fidi’ bħala xi ħaġa statika jkollna biss idea parzjali tar-realtà. Hu l-Ispirtu s-Santu li għadu jkellem lill-Knisja biex imexxiha ‘l quddiem bl-entużjażmu u kull ma għandna nagħmlu hu li noqgħodu nisimugħ b’silenzju reliġjuż’

It-tradizzjoni hi l-Kelma t’Alla, temm il-Papa, li ma nistgħux inqegħduha fin-naftalina qiesa xi gverta qadima biex inħarsuha mill-kamla. Il-Kelma t’Alla hi realtà dinamika, dejjem ħajja, li timxi ‘l quddiem u tikber biex tasal lejn milja li l-bniedem ma jistax iwaqqafha. Il-verità rivelata hi mwassla mill-Knisja u dan ma jfissirx li qed tibidel id-duttrina.

Mill-Kamra tal-Aħbarijiet ta’ Radju Marija

Categories: Aħbarijiet
  1. No comments yet.
  1. No trackbacks yet.

Comment

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s

%d bloggers like this: