L‑Arċisqof Charles J. Scicluna ħatar lil Kan. Dun Karm Busuttil bħala Arċipriet tal‑Parroċċa tal‑Birgu.
Dun Karm Busuttil twieled fil‑15 ta’ Lulju 1959. Huwa rċieva l‑edukazzjoni primarja u sekondarja fiż‑Żurrieq u fis‑Seminarju Minuri, ir‑Rabat. Kompla l‑istudji terzjarji fl‑Università ta’ Malta fejn matul is-snin iggradwa fil‑Filosofija, it‑Teoloġija, id‑Drittijiet tal‑Bniedem, il‑Liġi Internazzjonali u l‑Istudji Diplomatiċi.
Dun Karm ġie ordnat saċerdot fis‑27 ta’ Frar 1987 u nħatar bħala Viċi Kappillan ta’ Ħaż‑Żabbar. Fl‑1996 beda jservi fit‑Taqsima Amministrazzjoni tal‑Kurja u jaqdi dmirijiet pastorali fil‑Parroċċa ta’ Santa Katerina, iż‑Żurrieq, fejn għandu jservi sal‑lum.
Il‑Parroċċa tal‑Birgu tiġbor fiha madwar 2,958 persuna f’1,011 familja.