Ir-reazzjoni tal-Arċisqof Charles J. Scicluna għall-qtil tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia


It-Tnejn, 16 ta’ Ottubru 2017: Nikkundanna bl-iżjed mod qawwi dan il-qtil faħxi li seħħ illum. It-telfa ta’ Daphne Caruana Galizia timliena bi swied il-qalb u bid-determinazzjoni li niddefendu d-demokrazija sal-aħħar.

Dan mhux il-mument li noqogħdu nagħmlu gwerer bejnietna u nwaħħlu f’xulxin. Bħala poplu rridu nqumu, niddefendu d-dinjità ta’ kull wieħed, naqtgħu t-tgħajjir żejjed ta’ bejnietna u niddefendu l-valur kbir tad-demokrazija billi mill-kliem ngħaddu għall-fatti.
Nitlob għal ruħ din il-vittma u għall-qraba tagħha. Nuri solidarjetà mal-ġurnalisti kollha u nħeġġiġkom tiddefendu l-verità, ma tibżgħu minn ħadd u tkunu qaddejja tal-poplu u tad-demokrazija.

Published by

laikosblog

Blog tas-Segretarjat għal-Lajċi.