Home > Minn Fr Michael Bugeja > L-Evanġelju tas-Sibt, 18 ta’ Novembru 2017

L-Evanġelju tas-Sibt, 18 ta’ Novembru 2017


Ħsieb minn Fr Michael Bugeja
Lq 18, 1-8

F’dak iż-żmien, Ġesù qal parabbola lid-dixxipli tiegħu biex jurihom li għandhom dejjem jitolbu bla ma jaqtgħu. Qalilhom: “Kien hemm f’belt wieħed imħallef, li la kien jibża’ minn Alla u lanqas iħabbel rasu minn ħadd. F’dik il-belt kien hemm waħda armla, u kienet tmur għandu u tgħidlu: “Agħmilli ħaqq kontra l-għadu tiegħi”.

Hu ma riedx, u dam ħafna hekk; iżda mbagħad bejnu u bejn ruħu qal: “Mhux għax nibża’ minn Alla jew għax se nħabbel rasi min-nies, imma għallinqas għax din l-armla dejqitni; ħa nagħmlilha ħaqq, biex ma tibqax ġejja u sejra sa ma tifnini”.

U l-Mulej qal: “Isimgħu ftit x’jgħid l-imħallef il-ħażin. Imbagħad Alla, lill-magħżulin tiegħu li jgħajtulu lejl u nhar, sejjer ma jagħmlilhomx ħaqq? Se joqgħod itawwal magħhom? Jiena ngħidilkom li malajr jagħmlilhom ħaqq. Imma taħsbu intom li Bin il-bniedem se jsib il-fidi fuq l-art meta jiġi?”.

Dan l-imħallef kien jiġi jaqa’ u jqum minn kollox u minn kulħadd. Ħadd ma kien jista’ għalih. Is-setgħa telgħatlu għal rasu u d-dinja iddur miegħu. Is-setgħa fuq ħaddieħor, b’mod speċjali tal-imħallef li jieħu deċiżjonijiet dwar il-ħajja ta’ ħaddieħor, imlietlu rasu. Deherlu li l-kawċa ta’ din il-mara ma kienetx importanti, jista’ jkun li ma kienetx tirrendilu daqs kawżi oħra.

L-armla kienet weħidha bie xtmantni lilha nnifisha u jista’ jkun ukoll lil uiedha. Sofriet inġustizzja, iżda ma kienetx importanti f’għajnejn is-soċjetà. Ġesù kellu ħabta kif juri l-ammirazzjoni u l-imħabba tiegħu lejn ir-romol. Wara kollox ommu stess kienet armla, ommu stes skienet għaddejja minn xorti fejn jekk ma taħsibx għal rasha jew issib xi ħadd minn tal-familja li jgħinha tispiċċa ħażin.

Imma l-mara kienet persistneti. Jekk hu kellu qalbu iebsa, rasha kienet ħafna iktar. X’kienet il-kawża u r-raġunijiet li wassluha biex tibqa’ tiġri warajh ma nafuhomx. Imma għaliha kienu mportanti ħafna, qishom kienu kwistjoni ta’ ħajja jew mewt. Ma qagħtetx qalbha u l-kuraġġ tagħha biex tieħu dak li hu tagħha, wassalha biex iddejqu sal-punt li ċeda.

Ġesù joħloq din il-karikatura biex joħroġ il-kuntrast bejn il-ħaen ta’ dan il-bniedem mat-tjubija bla tarf ta’ Alla. Jekk il-bniedem ħażin u kapriċċuz jagħti dakli ħaqqu lil min jitlobulu għax idejqu, kemm iktar Alla li mi jiddejjaqx jisma’ l-krib tal-bniedem u jgħożżu daqs il-ħabba ta’ għajnejh, ma jagħmilx ħaqq ma’ min minn uliedu jitlobulu lejn u nhar.

Jidher li biex qal dan, kien hemm min jeqred u jgerger li talbu ma jiġix mismugħ; kien hemm min jaħseb li Alla minflok għani fil-ħniena kien idu tqila, u għalhekk Ġesù jagħmel il-mistoqsija retorika dwar il-fidi, mhux issa imma meta jerġa’ jiġi. Jaf li l-bniedem qatt ma jkun kuntent, u jaf ukoll li t-tentazzjoni tal-bniedem hi li jaħseb li kollox hu tiegħu bi dritt. F’din it-tixbiha hemm eku tal-ġrajja tal-morda bil-lebbra.

Il-fidi f’Alla ma tiġix minn kemm wieħed jakkwista mingħandu imma kemm hu konvint li jiddependi għal kollox minnu. Nafu mill-esperjenza li l-biċċa l-kbira tagħna l-bnedmin qatt m’aħna kuntenti b’li għandna; irridu dejjem iżjed. Iżda iktar ninġibdu lejn dak li nistgħu nieħdu minn lejn dak li jagħtihulna. Ngħiduha anke biex niddeskrivu ċerti ħbiberiji ta’ bejnietna l-bnedmin: mhux lili jħobb imma dak li għandi.
Il-fidi hija esperjenza li torbot persuna ma’ oħra, il-persuna ma’ Alla. Huwa l-egoiżmu u l-kapriċċ li jorbtu lill-bniedem ma’ dak li għandu ħaddieħor u ma dak li jista’ jieħu minnu.

  1. No comments yet.
  1. No trackbacks yet.

Comment

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s

%d bloggers like this: