Home > Aħbarijiet > L-Arċisqof Charles Scicluna dwar is-seba’ valuri tas-Saltna ta’ Alla

L-Arċisqof Charles Scicluna dwar is-seba’ valuri tas-Saltna ta’ Alla


Il-Ħadd, 26 ta’ Novembru 2017: Iċ-ċelebrazzjoni Djoċesana fl-okkażjoni tal-festa solenni ta’ Kristu Re, fil‑Knisja Parrokkjali ta’ Santa Venera, illum il-Ħadd, 26 ta’ Novembru 2017. F’din il-festa solenni li għalqet is-sena liturġika, l-Arċisqof Charles J. Scicluna mexxa t-talba ta’ filgħaxija (l-għasar) u ta l-barka Sagramentali.


Fl-omleija tiegħu, l-Arċisqof Scicluna tkellem dwar is-seba’ valuri tas-saltna ta’ Alla: il-verità, il-ħajja, il-qdusija, il-grazzja, il-ġustizzja, l-imħabba u s-sliem. Huwa appella lill-Insara sabiex jgħixu u japplikaw dawn il-valuri fil-ħajja ta’ kuljum. Fid-dawl ta’ dak kollu li qed jiġri madwarna, l-Arċisqof saħaq li bħala Nsara ma nistgħux inċedu għall-kultura fejn il-verità mhijiex aktar kriterju tar-relazzjonijiet ta’ bejnietna jew tal-governanza. Għalhekk qal, irridu noħolqu soċjetà fejn isaltnu tassew il-verità, il-ħajja, il-ġustizzja, l-imħabba u s-sliem. Sostna li s-saltna ta’ Alla tħaddan il-verità għaliex Ġesù stess hu l-verità u min mhuwiex mal-verità hu mal-gideb.

L-Arċisqof tkellem ukoll dwar il-valur tal-ħajja u kkundanna kull tqil, l-aktar tal-innoċenti: fil-bidu, waqt u lejn tmiem il-ħajja. Enfasizza li qatt ma nistgħu naċċettaw l-hekk imsejjaħ ‘dritt fundamentali’ li tagħżel jekk tarbija fil-ġuf għandhiex tinqatel jew le. Lanqas nistgħu naċċettaw l-għażla bejn liema pazjent terminali għandu jgħix jew imut. Saħaq li “il-Mulej hu sid il-ħajja. Hu jġib in-nies fid-dinja permezz tal-missier u tal-omm, u hu jsejħilhom fil-mewt.”

Mons. Arċisqof appella lill-komunità Nisranija u lis-soċjeta kollha, sabiex qalbha tkun miftuħa għal kulħadd, inkluż għall-għedewwa. Wera t-tama li fil-qalb tagħna, fil-kliem, inkluż fuq is-social media, nibnu kultura ta’ mħabba u mhux ta’ mibgħeda, tpattija u għira. “Ejjew nibnu kultura fejn kulħadd għandu dritt jitkellem mingħajr ma jinsulenta jew jikkalunja lil ħadd.”

Fl-aħħar nett, l-Arċisqof tkellem dwar il-paċi fid-dinja u qal li din l-ewwel trid issaltan fil-qalb ta’ kull wieħed u waħda minna. Mons. Arċisqof irrefera wkoll għas-sitwazzjoni fil-Mediterran u t-tbatija tal-immigranti, wara traġedja oħra li seħħet ‘il barra mix-xtut tal-Libja. Hu wera t-tama li Malta ma tkunx ġenna għall-kriminali iżda port ta’ kenn għal tant nies li qed ifittxu d-dinjità mitlufa, u oasi fejn isaltnu l-valuri tal-familja, tal-ħajja u tal-ġid veru.

Rapport tal-Arċidjoċesi ta’ Malta

Categories: Aħbarijiet
  1. No comments yet.
  1. No trackbacks yet.

Comment

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s

%d bloggers like this: