Vanġelu (Matt. 25. 31-46): “Morru minn quddiemi, misħutin, fin-nar ta’ dejjem li tħejja għax-xitan.” Kliem iebes bħal dan ta’ Ġesu insibuh sitt darbiet fl-Evanġelji. Żgur li jibqa’ stampat fil-moħħ ta’ min jisimgħu. Fil-passat, ħafna qassisin u katekisti ħadu dal-kliem litterlament, u xerrdu twerwir fil-priedki u fit-tagħlim tagħhom. L-effett ta’ dan għadu jinħass sal-lum, għax xi wħud minna, Insara tajbin, qed jistennew il-ġudizzju b’ċertu biża’. Minn flok, dal-ġudizzju se jkun laqgħa ta’mħabba bejn Missier u ibnu/bintu. Continue reading “Lectio Divina tal-34 Ħadd Matul Sena A Kristu Re”