Il-Ġimgħa, 29 ta’ Diċembru 2017: U minkejja ż-żmien ta’ festi jkomplu l-attakki fuq l-Insara. Mill-inqas disgħa persuni mietu wara attakk li seħħ fuq Knisja qrib il-Belt Kapitali tal-Eġittu, il-Kajr. Skont il-midja internazzjonali, tlieta mill-vittmi kienu uffiċjali tal-Pulizija.
Il-Forzi tas-Sigurta ħdejn il-knisja Mar Mina sparaw fuq wieħed mill-persuni armati li nqatel u tneħħa l-periklu mill-isplussivi li kienu marbutin miegħu. Persuna oħra li kienet involuta fl-inċident ġiet arrestata mill-Pulizija.
Skont l-Uffiċjali tas-Sigurtà ħames persuni oħraw sfaw midruba.
Il-knisja li kienet fil-mira ta’ dan l-attakk hija tal-Insara Kopti. Huma jiċċelebraw il-Milied tagħhom fis-7 ta’ Jannar.
Mill-Kamra tal-Aħbarijiet ta’ Radju Marija