Home > Aħbarijiet > Il-Milied jitwieled mill-gdid f’belt Iraqqina li għadha kif ġiet meħlusa mill-ISIS

Il-Milied jitwieled mill-gdid f’belt Iraqqina li għadha kif ġiet meħlusa mill-ISIS


Il-Ġimgħa, 29 ta’ Diċembru 2017: Aħbar pożittiva mill-Iraq. Fil-belt antika Kristjana ta’ Bartella, fl-Iraq, li kienet meħlusa dan l-aħħar mill-ISIS, il-Milied ġie mfakkar għall-ewwel darba f’aktar minn sentejn.

bartellaKien ritorn emozzjonali għall-membri tal-komunità Nisranija li kienu sfurzati jaħarbu minn belthom wara li kienet mirbuħa mill-ISIS. Din il-belt intrebħet lura fl-aħħar ta’ Ottubru.

Mijiet ta’ Kristjana għamlu pellegrinaġġ bil-karozzi tal-linja minkejja x-xita. Gew mill-kampijiet ghar-refugjati li twaqqfu fil-belt ta’ Irbil.
Bartella hija madwar 20km fil-lvant ta’ Mosul, fejn il-forzi tal-koalizzjoni ghadhom jiggieldu eluf ta’ militanti tal-ISIS.

Hekk kif kienet iccelebrata il-quddiesa, ghexieren ta’ forzi tas-sigurta’ Iraqqini u tal-Istati Uniti kienet ghal-lest biex jaghtu harsien lil dawk li gew ghal din il-funzjoni fi knisja li ghadha ggib s-sinjali tal-istragi tal-ISIS. Saret tfittxija fuq kull karozza wara theddid ta’ attakki mill-ISIS fuq Bartella.

Minkejja l-hidma shiha minn voluntiera ghat-tiswija tal-knisja, il-vandalizmu li ghamlu l-gellieda tal-ISIS ghadu evidenti fil-hitan u kotba mahruqa, hgieg imkisser u hofor tal-balal u statwi mkissra.

Barra l-knisja, sigra tal-Milied tipprovdi l-isfond ghal ritratti ghal gruppi u selfies. Min-naha l-ohra, l-emozzjonijiet kienu evidenti fuq dawk li marru lura.

Hania Noah, li marret lura f’belt taghha minn Irbil ma setghetx izzomm id-dmugh hekk kif dahlet fil-knisja. ”Ghadna ma nistghux nghixu hawn peress li hawn bosta bini u djar meqruda.”

Hija qalet dan filwaqt li marret toqghod flimkien mà Kristjani ohrajn, li kantaw u talbu wara li semghu d-diskors ta’ rikoncljazzjoni mill-Arcisqof Timthawes al-Shamani.

”Ahna Iraqqini li spiccajna refugjati f’pajjizna stess, filwaqt li l-Iraqqini qeghdin jiggieldu kontra xulxin. Irridu naccettaw lil xulxin u nghix fis-sliem,” qal Shamani lill-migemgha.

Min-naha tieghu, is-sacerdot li ghandu r-responsabbilta’ tal-knisja kellu messagg ta’ sfida.

”Ninsabu hawn biex nisfidaw l-ulied tad-dlamijiet, u għalhekk niccelebraw din il-quddiesa hawnhekk. L-ISIS huma ulied id-dlamijiet.

”Dawn huwa messagg ghad-dinja kollha, li l-Kristjani huma parti mill-aktar importanti ta’ dan il-pajjiz u hadd mhu sejjer ikeccina,” qal Patri Jaqub Saadi.
Dan il-kliem gab mieghu ghajjat u capcip minn dawk prezenti. Fi tmiem il-funzjoni, twahhal salib gdid flok dak meqrud mill-ISIS.

Mill-Kamra tal-Aħbarijiet ta’ Radju Marija

Categories: Aħbarijiet
  1. No comments yet.
  1. No trackbacks yet.

Comment

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

w

Connecting to %s

%d bloggers like this: