Il-Moviment tal-Professjonisti u l-Gradwati tad-Djoċesi t’Għawdex qed jistieden lill-membri tal-Professjonijiet u Gradwati (anke koppji u dawk li għal xi raġuni ma jistgħux jattendu f’postijiet jew ħinijiet oħra) għall-Eżerċizzi tar-Randan. Dawn ser isiru min nhar it-Tnejn 5 ta’ Marzu sal-Ġimgħa 9 ta’ Marzu 2018 fil-Knisja ta’ Santu Wistin ir-Rabat fit-8.00pm mill-W.R. Gwardjan, Patri Joe Buttigieg OFMCap.