Kitba ta’ Angelo Xuereb
Il-Via Sagra, jew it-Triq tas-Salib, fiha erbatax-il stazzjon. Kull stazzjon ifakkarna f’xi episodju mill-passjoni ta’ Kristu.
Din hija talba adattata ħafna għal nhar ta’ Ġimgħa, matul ir-Randan u l-Ġimgħa Mqaddsa. Għalhekk ser nagħmel xi riflessjonijiet fuq kważi kull stazzjon.
L-ewwel stazzjon jurina lil Pilatu jordna biex Ġesù jiġi msallab. Dan l-episodju mill-ħajja ta’ Kristu jfakkarna kemm hawn inġustizzji fid-dinja. Ġesù ma għamel xejn ħażin biex ikun imsallab. L-inġustizzji ġraw u għadhom jiġru. Dawn huma frott l-egoiżmu tal-bniedem, li biex wieħed joqgħod sewwa, jasal biex jikkawża t-tbatija f’ħaddieħor. Iżda, kif mill-passjoni ta’ Kristu ħareġ il-ġid, anki l-inġustizzji, għalkemm huma ħżiena, Alla jaf joħroġ il-ġid minnhom. L-importanti hu li kif Kristu aċċetta l-passjoni minn idejn il-Missier Etern, hekk ukoll aħna għandna naċċettaw bil-fidi dak kollu li jiġrilna, anki jekk jidhrilna li mhuwiex sewwa. Continue reading “Riflessjoni fuq il-Via Sagra”