Home > Archbishop Emeritus Paul Cremona OP > “SE NIŻŻEWWEĠ”. “ARA SE TITGĦALLAQ?”: IŻ-ŻWIEĠ SAGRAMENT (4)

“SE NIŻŻEWWEĠ”. “ARA SE TITGĦALLAQ?”: IŻ-ŻWIEĠ SAGRAMENT (4)


Mill-Arċisqof Emeritus Pawlu Cremona OP

L-ideja ta’ ‘mħabba’ fiż-żwieġ: Kultant tkun dominazzjoni minn parti lejn l-oħra, li kultant twassal għall-vjolenza, fiżika jew emozzjonali, li ħafna drabi tkun il-mara l-vittma tal-abbuż.

Mgr Paul Cremona OPIr-rabta ta’ bejniethom:   Fis-soċjeta’ tagħna iktar tiġi aġevolata it-tmiem tal-għaqda ta’ bejniethom bħad-divorzju milli għajnuna biex tkompli sseħħ l-għaqda dejjiema. Dan kollu huwa ta’ detriment għall-parti li titħalla weħidha – ħafna drabi l-mara –  u għat-tfal.

It-teorija tal-‘gender’: Din qed tiġi mposta fuq is-soċjeta’ tagħna kollha bħala il-‘mudell’ ta’ kif inħarsu lejn is-soċjeta’ u mhux biss bħala aċċettazzjoni u rispett lejn l-għażliet ta’ xi wħud fostna.  Din tmur direttament kontra dak li għidna fuq, fil-pjan ta’ Alla, minbarra li ġġib tfixkil fis-soċjeta’, għax tmur kontra dak li jidher min-natura stess tal-bniedem, raġel jum mara. (Jekk tmur għand tabib dak jara il-ġisem tal-persuna, – ta’ raġel jew ta’ mara. Ma tistax tgħidlu qed tara mara iżda ttrattani ta’ raġel għax inħossni hekk bil-‘gender’. Ma tistax tqiegħed ritratt tiegħek fuq passaport ta’ raġel u taħt tikteb ‘mara’ għax żgur li ma jiġix aċċettat. Anki d-DNA jimmarka skont is-sesswalita’ tiegħek mhux skont il-‘gender’). Nibża’ li bdiet din l-ideoloġija tal-gender pjuttost f’kuntest ta’ żwieġ li jkun miftuħ għal kull relazzjoni, u mbagħad twessa’ għar-realta’ kollha. Dan kollu jmur kontra n-natura stess kif iffurmat ruħha jew kif Alla ħalaqha.

Il-pjan ta’ Alla għas-sesswalita’, f’kuntest ta’ ‘mħabba’ ġie żvujtat. Ħafna drabi kull att sesswali ngħidulu, fis-soċjeta’ tagħna, ‘att ta’ mħabba’. Iżda mhux dejjem ikun hekk. Fil-prostituzzjoni, fl-istupru, hemm ħafna pjaċir sesswali minn-naħa waħda  – tar-raġel -iżda żgur mhux ‘att ta’ mħabba’. Forsi nitfixklu għaliex bl-ingliż u bit-taljan kull att sesswali jiġi msejjah ‘to make love’ jew ‘fare l’amore’. Nistgħu naslu fit-tfixkil bħal meta ġurnalist lokali snin ilu ddeskriva tentat ta’ stupru fuq waħda bħala “ipprova jagħmel att ta’ mħabba fuqha” – att vjolenti ta’ stupru! Hemm bżonn li nibqgħu nagħmlu distinzjoni bejn att purament ta’ pjaċir sesswali, u att veru ta’ mħabba bejn raġel u mara.

Il-Knisja tgħid lill-għarajjes biex ma jidħlux mall-ewwel f’relazzjoni sesswali faċilment mhux għax ma tapprezzax is-sbuħija tal-att sesswali bejn raġel u mara, iżda għaliex huwa iktar diffiċli li l-ewwel jikkonċentraw biex jibnu relazzjoni ta’ mħabba personali li mbagħad tiġi espressa fl-att ta’ intimita ta’ mħabba vera, milli tibda minn relazzjoni sesswali u l-pjaċir u mbagħad tibdilha f’relazzjoni ta’ mħabba personali. Jista’ jkun li din hija waħda mir-raġunijiet għaliex qed jitkissru ż-żwiġijiet?

 

 

 

  1. No comments yet.
  1. No trackbacks yet.

Comment

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

w

Connecting to %s

%d bloggers like this: