L-Evanġelju tat-Tnejn 26 ta’ Marzu 2018


Ħsieb minn Fr Michael Bugeja
Ara l-qari kollu tal-quddiesa tal-lum: http://www.laikos.org/QQ/Qari_Quddies.php
Ġw 12, 1-11

Ġesù jqatta l-aħħar jiem tiegħu qabel ma jbati u jmut għand il-ħbieb għeżież tiegħu, Marta, Marija u Lazzru li kien għadu kif tqajjem mill-mewt. Għamlulu ikla u Marta, li donnha ma kkonvertitx għal kollox, u m’n Alla, bdiet isservihom. Kien mument ta’ ntimità bejn il-ħbieb tal-qalb u f’dan il-mument, Marija f’ġest profetiku li kien iħabbar dak li kellu jseħħ fi ftit jiem, ħadet libbra żejt tan-nard u dilktu ma riġlejn Ġesù. Dan jidher li irrabja lil Ġuda. L-Evanġelista qiegħed bil-mod il-mod jintruduċilan l-karattru ta’ Ġuda u jgħħajru ħalliel għax kien jisraq kulma kienu jaqilgħu. Ġwanni jrid juri lil Ġuda maħkum mill-kilba għall-flus u mill-abbuż li diġa kien qed iwettaq mill-ġid komuni ta’ Ġesù u d-dixxipli sħabu.

Iż-żejt tan-nard ifuħ tassew u prezzu għadu għoli sallum. Flixkun ċkejken żejt tan-nard illum jiswa mal-ħamsin ewro. Skont il-kalkolu ta’ Ġuda, dak li użat Marija kien jiswa mat-tlitt mitt jum paga, jiġifieri, fil-flus tagħna, mad-9000 euro. Somma tassew kbira li Marija ma qieset xejn biex turi l-istima tagħha lejn Ġesù, u li Ġesù japprezza ħafna.

Il-ħsieb ħażin tal-awrtoritajiet tal-Lhud kompla jikkonċentra fuq il-qtil ta’ Ġesù u fuq dak li seta’ kien xhud tas-setgħa qawwija tiegħu Lazzru.

Fil-bidu ta’ din il-ġimgħa mqaddsa naraw li kollox qed jitfassal biex il-qtil ta’ Ġesù jkun ġustifkat f’għajnejn il-bnedmin. Il-biża’ tal-Lhud minn Ġesù jaħkimhom u lesti jagħmlu minn kollo xbie xiwarrbuh minn nofs.

Author: laikosblog

Blog tas-Segretarjat għal-Lajċi.

Comment

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s

This site uses Akismet to reduce spam. Learn how your comment data is processed.