Amman: Għall-ewwel darba l-Insara u l-Musulmani se jiċċelebraw il-festa tat-Tħabbira tal-Anġlu flimkien


It-Tlieta 27 ta’ Marzu 2018: Is-sit Asianews irrapporta li dis-sena fil-Ġordanja wkoll se ssir ċelebrazzjoni inter-reliġjuża għall-festa tat-Tħabbira tal-Anġlu lil Marija.  Għada l-Erbgħa 28 ta’ Marzu, rappreżentanti tal-awtoritajiet, mexxejja reliġjużi musulmani, isqfijiet insara u nies ċivili miż-żewġ reliġjonijiet se jinġabru flimkien f’sala kbira fil-belt kapitali Amman, biex jiċċelebraw dil-festa.

Mons William H. Shomali, vigarju patrijarkali tal-Patrtijarkat Latin f’Amman spjega, li dan l-avveniment se jservi biex huma jitkellmu dwar l-importanza ta’ Marija fil-Koran, u dwar il-valur tan-narrativa tat-Tħabbira kif insibuha rrakkuntata fil-Vanġelu skont Luqa,

Irridu nuru li hemm punti ta’ qbil komuni bejn l-insara u l-musulmani dwar dan l-episodju tat-Tħabbira, li l-musulmani wkoll jemmnu fih.

Minn tnax-il sena ‘l hawn il-festa tat-Tħabbira tal-Anġlu lil Marija fil-25 ta’ Marzu hi festa pubblika nazzjonali, li fiha ma jsirx xogħol miċ-ċittadini kollha u hija wkoll punt qawwi ta’ djalogu bejn l-insara u l-musulmani.

Dan hu avveniment, qal il-prelat, li jifforma parti mid-djalogu teoloġiku, reliġjuż u spiritwali bejn l-insara u l-musulmani huwa marbut mad-djalogu eżistenzjali tal-ġurnata tal-lum.

F’Settembru tal-2016, ir-re Abdullah kien għamel enfasi quddiem l-Assemblea tal-Ġnus Magħquda dwar l-importanza tal-figuri ta’ Ġesù u Marija fil-Koran, fejn huma kkwotati 25 u 35 darba rispettivament.

Il-Koran isejjaħ lil Marija bħala l-aqwa fost in-nisa maħluqin, u fl-istess Ktieb Sagru hemm kapitlu li jismu ‘Mayam’ li musulmani estremisti, li kienu nqatgħu minn mal-bqija, jaħbu apposta biex jagħmlu distinzjoni bejn min hu musulman u min mhux. Ir-Re kien qal li ma nistgħux nippermettu li dan isir.

Patri Rifat Bader, ta l-aħbar dwar iċ-ċelebrazzjoni fuq is-sit tal-internet ‘Abouna’. Huwa fakkar li fis-sena 2000, ir-Re tal-Ġordanja kien iddikjara l-Milied bħala festa nazzjonali. Issa, żied jikteb, qed nitolbu li niċċelebraw flimkien il-festa ta-Tħabbira tal-Anġlu lil Marija biex it-tifsira reliġjuża tagħha tkun inċentiv sabiex tistgħana l-għaqda nazzjonali u n-nisġa soċjali.

Mill-Kamra tal-Aħbarijiet ta’ Radju Marija

Author: laikosblog

Blog tas-Segretarjat għal-Lajċi.

Comment

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s

This site uses Akismet to reduce spam. Learn how your comment data is processed.