Minn Fr Michael Bugeja

L-Evanġelju tal-Erbgħa 28 ta’ Marzu 2018


Ħsieb minn Fr Michael Bugeja
Ara l-qari kollu tal-quddiesa tal-lum: http://www.laikos.org/QQ/Qari_Quddies.php
Mt 26, 14-25

Kif Ġesù ġie midluk f’Betanja Ġuda mar jiftiehem mal-qassisin il-kabr biex jittradih. Ma rridux inġebbdu wisq it-tifsira jew ix-xebh imma donnu Mattew irid jgħidilna li kif Ġesù sar ‘kristu’ li tfisser midluk, u d-dilka kienet u għad atfisser, konsagrazzjoni, appartenenza, ġie mogħti biex jgħaddi minn dak li jidilku u jigglorifikah tassew f’għajnejna Alla. Id-dilka f’Betanja, jgħid Ġesù stess kienet b’sinjal minn qabel ta’ dak li kellu jiġri: din il-fwieħa kienet refgħetha għal jum id-difna tiegħi, difna li kellha tkun tassew fil-qrib.

Meta xi ħadd kien joqtol ilsir kellu jħallas lil sidu 30 biċċa tal-fidda, daqs mija u għoxrin jum paga. Il-prezz ma jfissirx biss l-ingratitudni ta’ Ġuda li kien jistma lil sidu u ħabibu daqshekk ftit, iżda jfisser li ukoll li kien involut qtil. Tawhomlu, daqs li kieku il-qtil diġa seħħ. Dan jsipjega r-rejazzjoni kważi esaġerata ta’ Ġuda meta rrejalizza x’għamel; ma kienetx wisq il-ħtija ta’ tradiment li ġiegħelitu jagħmel dak li għamel, imma l-ħtija marbuta ma’ qtil u qtil ta’ min għamillu l-ġid.

U hu beda jfittex is-siegħa t-tajba biex jagħtihom lil Ġesù ħalli joqtluh. Il-kelma griega użata tista tiġi tradotta bħala l-ħin tajjeb, is-siegħa t-tajba, meta l-ambjent kien kalm, fis-satra tal-lejl meta d-dixxipli kienu bi ngħas, għajjenin u xi ftit storduti wkoll, bogħod minn għajnejn in-nies. Il-qtil ta’ Ġesù ma sarx b’kumbinazzjoni; kien ipppjanat, premeditat, minsuġ b’tali mod li jirnexxi. Ġuda kien qe djaħseb biex jieħu f’idejh it-tmexxijata’ kollox u jwassal għas-seħħ is-siegħa li fil-versi ta’ wara Ġesù jgħid li kienet waslet.

Il-festa tal-Ażżmi u l-festa tal-Għid fil-mentalità poplari kienu ntisġu flimkien u hekk l-Għid kien meqjuż bħala l-ewwel jum minn sitta tal-festa tal-Ażżmi. Dakinhar kienet issir l-ikla tal-Għid li fiha wkoll kien jittiekel il-ħobż ażżmu (magħġun bla ħmira). It-tħejjija kienet tfisser li tikri l-kamra mgħammra bil-lest għall-ikla, il-qtil tal-ħaruf fit-tempju u x-xiwi tiegħu u l-preparazzjoni tal-mejda għar-rit tal-ikla. It-tali jista’ jkun likien xi ħadd midħla ta’ Ġesù u d-dixxipli tiegħu. Ismu ma nafux imma kliem Ġesù jindikalna li kien xi ħadd li kellu familjarità magħhom. Ġesù jgġidilhom li l-‘imgħallem’ kien ġej u ‘s-siegħa tiegħu waslet’; kien xi ħadd li seta’ kien dixxiplu ta’ Ġesù u li d-dixxipli kienu jafu min hu.

Fil-kuntest tadin l-ikla ċelebrazzjoni jitnissel in-niket kif Ġesù stess jitkellem, mhux dwar dak li kellu jiġri, imma dwar dak li kien qed jiġri. Għalkemm Ġuda kien għadu ma bisx lil Ġesù fil-ġnien tal-Ġetsemani, imma kien ġa biegħu u tħallas tal-qtil tiegħu bħala lsir. Dak li kellu jsir kien diġa twettaq, mhux biss bil-ħsieb iżda bil-fatti wkoll. Wieħed li kien qed jiekol mill-istess platt miegħu, kien diġa biegħu u tħallas tal-qtil tiegħu. Mhux kull min jgħdili Mulej, Mulej. Mhux kull min jismagħni. Mhux kull min hu qrib tiegħi.

Fid-dawl ta’ dan il-kliem l-għemil ta’ Ġuda u kullmin jagħmel bħalu, jieħu xejra iktar gravi, isir għemil malizzjuż li mhux ġej minn dgħufija iżd aminn intenzjoni ħażina.

Min? Jien? Inti stess qiegħed tgħidu.

Comment

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

w

Connecting to %s