Home > Minn Fr Michael Bugeja > L-Evanġelju tat-Tlieta 27 ta’ Marzu 2018

L-Evanġelju tat-Tlieta 27 ta’ Marzu 2018


Ħsieb minn Fr Michael Bugeja
Ara l-qari kollu tal-quddiesa tal-lum: http://www.laikos.org/QQ/Qari_Quddies.php
Ġw 13, 21-33.36-38

Il-kamra ta’ fuq waqt l-ikla tal-Għid, l-ikla li waqtha titfakkar u tingħax mill-ġdid il-ġrajja tal-ħelsien. Mhix il-ġrajjali għexu missirijiethom iżda l-ġrajja li qe djgħixu huma. Il-ħelsien mill-jasar u l-għoti ta’ dak li hu mwiegħed mhix sempliċiment storja ta’ Alla u tan-nies li darba kienu u llum m’għadhomx iktar, imma hija l-ġrajja ta’ kull min jinżel bilqiegħda u jiekol mill-ikel preskritt minn Alla nnifsu għal kulmin jinħtieġ u jittama fil-libertà li jagħti Alla u mhux jipprova jakkwistaha b’ħiltu jew jagħtiha lil xi ħadd b’rigal jew bi privileġġ. Kull libertà mogħtija mill-bniedem tista tittieħed lura mill-bniedem; kull libertà mogħtija minn Alla tgħib biss jekk min jirċeviha jiddeċiedi li ma jilqagħhiex.

F’dan il-kuntest, Ġesù, Ġuda u Pietru joħorġu r-rejaltà tas-sisien tagħhom, ta’ dak li jibnu ġajjithom fuqu. Għal Ġuda l-pedament ta’ ħajtu jidher li hu l-ħsieb li jista’ jmexxi u jikkontrolla hu l-ġrajja tiegħu u ta’ ħaddieħor; għal Pietru jidher li hu l-ħila li tinsab maħżuna fih, u għal Ġesù hija ċara d-detereminazzjoni li jgħix sal-aħħar qatra marbut mar-rieda ta’ Alla, tiġi kif tiġi u tiġi minn fejn tiġi.

l-ambjent huwa l-familja, fejn kulħadd jafda lil xulxin; m’hemmx barranin, m’hemmx għedewwa; kulħadd ta’ ġewwa, kulħadd jaf lil xulxin. Hemm intimità fil-ġrajja li qed tiġi minsuġa iżda hemm ukoll tensjoni li aħana u naqraw tinħass rejali daqs l-ikel li hemm fuq il-mejda. Ġesù ħaslilhom riġlejhom, kien għadu kif ħaslilhom riġlejhom u Pietru pprotesta u Pietru riedu jaħslu minn rasu sa saqajh. Iżda l-umiltà li wera’ Ġesù u t-twissija li jekk ma jħalluhx jaħsilhom, inaddafhom, ma jkollhomx iktar x’jaqsmu miegħu, ma għamlet ebda differenza. Dakli għexu miegħu, dak li qalihom, dak li rawh jagħmel, l-imħabba li wriehom, niż;lu fuqhom kif l-ilma jinżel fuq l-għasafar’ l-ilma li bih ħaslilhom riġlejhom neħħa t-trab u t-tajn li nġabar mit-triq, iżda ma naddafx dak li hu ġewwa; kif kienu baqgħu. L-ilma mill-ġarar tal-fuħħar, li darba, għall-kelma ta’ Ġesù, raw jinbidel f’inbid, ma kellux il-ħila jibdel dak li hemm ġewwa. U Ġesù kien jaf.

Iżda huma ma kienux jafu jew iddeċidew li jinjoraw dak li kienu jafu u jkomplu għaddejjin b’ħajjithom u l-mod kif kienu jgħixuha. Ġuda jaħaseb li jaf li hu jista’ jmexxi kollox kif irid hu u Pietru jaħseb li dejjem għandu raġun u li l-ħila tiegħu hija aqwa minn kull attakk li jista’ jġarrab. It-tnejn kienu mqarrqin u l-qerq li bih tqarrqu ġabhom wiċċ’imb’wiċċ mad-dgħufija tagħhom li huma kienu żguri li kienet il-qawwa tagħhom. Mill-qawwa tagħhom ħarġet id-dgħufija tagħhom. Alla jaħdem bil-maqlub; jinqeda bid-dgħufija tal-bniedem u minnha joħroġ il-qawwa ta’ Alla; biha stess jagħti lil min iġarrabha il-qawwa tiegħu, jagħtih is-salvazzjoni. Kemm hu veru dan kollu għalina lkoll.

Hemm dgħufija oħra li ma tantx tidher, imma qiegħda hemm twerżaq biex tinstema’. Hemm id-dgħufija tal-bqija tad-dixxipli li siekta huma biss spettaturi li jippretendu li ma jifhmux. Is-skiet tagħhom jagħmilhom kompliċi, l-indifferenza tagħhom isseħibhom fit-tradiment, l-effett tas-skiet tagħhom jidher ċar fil-ħarba tagħhom mill-Ġetsemani u l-għajbien tagħhom mill-ġrajjiet li ġew wara. Kemmhu faċli titħassar u tibqa’ ndifferenti. Il-kompassjoni ma tgħin lil ħadd. Min hu batut, batut jibqa’ titħassru kemm titħassru; l-inġustizzji u t-tradimenti jibqgħu sjuf jaqtgħu u ppuntati dejjem jekk min jarahom jagħlaq għajnejh u jibqa’ sejjer.

Jekk mhux lest li tħalli l-ilma li jaħsillek riġlejk imisslek qalbek u jibdilha, taħlix dmugħek, għax għada pitgħada jkollok bżonnu biex tibki lilek innifsek u ma jservikx.

  1. No comments yet.
  1. No trackbacks yet.

Comment

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

w

Connecting to %s

%d bloggers like this: