Il-Papa Franġisku dwar il-każ tat-tifel Alfie Evans


Is-Sibt 7 ta’ April 2018: Il-Papa bagħat messaġġ bit-twitter li fih jistedinna nakkumpanjaw bil-kompassjoni liċ-ċkejken Alfie Evans, għax it-tobba jridu jitfulu l-magni li qed iżommuh ħaj. Ftit żmien ilu, fil-każ ta’ Charlie Gard, il-Papa Franġisku kien għamel stedina biex it-tifel ikun “akkumpanjat u kkurat sal-aħħar”.

alfie evansL-Erbgħa li għadda filgħaxija l-Papa bagħat messaġġ bit-twitter dwar l-istorja ta’ niket taċ-ċkejken Alfie, it-tifel Ingliż li għandu kważi sentejn li jinsab f’koma, rikoverat fi sptar f’Liverpool. It-tobba jridu jitfulu l-magna tal-arja li qed iżżommu ħaj.

Hi tama sinċiera tiegħi, kiteb il-Papa, li jsir dak kollu li jista’ jsir biex iċ-ċkejken Alfie Evans jibqa’ jkun akkumpanjat bil-kompassjoni u sabiex jingħata widen għat-tbatija kbira li għaddejjin minnha l-ġenituri tiegħu. Jien qed nitlob għal Alfie, għall-familja tiegħu u għall-persuni kollha li għandhom dal-każ f’idejhom.

Dal-każ ifakkarna f’żewġt itfal Ingliżi oħra, Charlie Gard u Isaiah Haastrup, li kienu mietu meta kellhom madwar sena fit-28 ta’ Lulju, 2017 u fis-7 ta’ Marzu, 2018 rispettivament. Alfie għandu marda li t-tobba ma jafux biha, qed isostnu li ma tistax titfejjaq u hi deġenerattiva. Għalhekk huma għamlu rikors quddiem il-Qorti Suprema Ingliża biex jitolbuha tordna li tintefa’ l-magna li qed iżżommu ħaj.

L-imħallfin tawhom l-awtoriżżazzjoni għar-raġuni li mhux ġust u huwa inuman li jinżamm ħaj ladarba m’hemm ebda kura oħra li tista’ tingħtalu. L-eżamijiet juru li t-tifel għandu ħsara f’moħħu imma jwieġeb għal ċerti stimoli filwaqt li qalbu taħdem b’mod regolari għal kollox.

Skont l-istampa Ingliża, it-tobba jistgħu iwettqu ħsiebhom anki llum. Il-ġenituri ta’ Alfie għadhom ma qatgħux qalbhom jittamaw u bdew battalja legali li s’issa kienet kollha għalxejn. Il-Qorti Ewropea tad-Drittijiet Umani wkoll iddikjarat ir-rikors tal-ġenituri inammissibbli.

Issa huma qed jitolbu li ċ-ċkejken tagfħhom jintbagħat fi struttura, anki barra mill-Ingilterra, li lesta tipprova kura sperimentali. Imma l-istess bħal fil-każ ta’ Charlie Gard, it-tobba qed jirrifjutaw din it-talba.

Madwar id-dinja kollha ħafna huma dawk li qed jappoġġjaw il-kawża ta’ dawn il-ġenituri bit-talb, bil-petizzjonijiet, manifestazzjonijiet u, m’hemmx għalfejn ngħidu, bil-mezzi tal-komunikazzjoni wkoll.

Il-ġenituri ta’ Alfie talbu lill-Papa biex jaqbeż għalihom. Franġsiku sema’ t-talba mnikkta tagħhom u bħalma kien semma’ leħnu fil-każ ta’ Charlie Gard reġa’ talab lit-tobba biex “jakkumpanjaw u jikkuraw liċ-ċkejken sal-aħħar” għax “li tiddefendi l-ħajja umana, l-aktar meta din hi miġrugħa bil-mard, huwa impenn ta’ mħabba li Alla ħalla f’idejn il-bniedem.

Mill-Kamra tal-Aħbarijiet ta’ Radju Marija

Author: laikosblog

Blog tas-Segretarjat għal-Lajċi.

Comment

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s

This site uses Akismet to reduce spam. Learn how your comment data is processed.