Abort, Aħbarijiet

Infermiera Ingliżi kontra l-abort


Xi jiem ilu, is-sit newsbook.com.mt irrapporta li madwar 400 infermier Ingliż qed jipprotestaw kontra l-eventwalità li l-unjin li tagħha huma membri – ir-Royal College of Nurses – tappoġġja kampanja favur l-abort għal kull min jitolbu.  Huma kitbu lil Janet Davies, il-Kap Eżekuttiv tal-Kulleġġ tal-Infermiera li fiha qed joġġezzjonaw, li l-Kulleġġ jieħu xi pass biex b’xi mod jissieħeb f’kampanja li tappoġġja l-pjan dwar l-abort.

nurse_say_no_810_500_55_s_c1“Jekk dak li qed ikun propost jidħol fis-seħħ ikun ifisser l-introduzzjoni tal-abort għal kull min jitolbu, għal kull raġuni li tkun sa 28 ġimgħa ta’ tqala u possibbilment sal-mument tat-twelid”, qalu dawn l-infermiera.

“Bħala qwiebel, infermiera, ħaddiema fil-qasam tas-saħħa u studenti nfermiera, aħna noġġezzjonaw li din il-pożizzjoni estrema tkun imposta fuq il-membri tal-Kuellġġ tal-Infermiera. Aħna nirrappreżentaw diversi pożizzjonijiet fuq il-kwestjoni tal-abort imma nemmnu li l-appoġġ għad-dekriminalizzazzjoni tal-abort imur kontra d-doveri tagħna bħala professjonisti responsabbli u kontra x-xewqa espress tan-nisa Ingliżi dwar il-legalità u r-regolamentazzjoni tal-abort”, sostnew l-infermiera.

“Il-mossa biex tkun introdotta liġi radikali dwar l-abort qed tkun imbuttata minn grupp żgħir li għandu veduti estremi dwar l-abort”, żiedu jgħidu fl-ittra.

“Filwaqt li dawn it-talin għandhom dritt għall-fehmiet tagħhom ma nistgħux inħalluhom jimponu l-aġenda tagħhom fuq il-Kulleġġ tagħna u jtappan b’mod qawwi r-reputazzjoni tal-korp professjonali tagħna”.

L-ittra ta’ protesta nkitbet wara stħarriġ li għamel il-Kulleġġ biex jara jekk il-membri tiegħu jappoġġjaw il-kampanja għad-dekriminalizzazzjoni tal-abort fl-Ingilterra.

Madwar 435,000 infermier minn madwar il-pajjiż kollu kienu mitluba jekk kinux favur jew kontra li jitneħħew is-sanzjonijiet kriminali mil-liġi tal-abort u riedu jirrispondu biss “Iva” jew “Le”.

Ir-riżultat tal-kwestjonarju għadu mhux magħrufa imma għandhom iservu biex il-Kulleġġ tal-Infermiera jiddeċidi jekk għandux jappoġġja l-kampanja tal-British Pregnanace Advisory Service, li hi l-organizzazzjoni li tipprovdi l-akbar numru ta’ aborti fl-Ingilterra.

L-infermiera li ffirmaw l-ittra jissuspettaw li l-istħarriġ qed ikun immanipulat minħabba l-influwenza qawwija li l-promuturi tal-liġi għandhom fuq it-tmexxija tal-Kulleġġ tal-Infermiera.

Huma qed isostnu li b’din il-proposta il-klawsola tal-libertà tal-kuxjenza tal-professjonisti mediċi tisfa’ fix-xejn u allura l-infermiera li ma jimxux mal-liġi għal raġunijiet tal-kuxjenza ma jibqgħux protetti jekk ma jridux jipparteċipaw f’dan il-qtil tal-innoċenti.
Waħda mill-infermiera sostniet li hi daħlet għal dax-xogħol biex tindokra lin-nies u tgħinhom jgħixu bl-aħjar mod tul ħajjithom.

“Li tagħmel xi ħaġa kontra l-ħajja hu kompletament ħażin. L-abort illum fl-Ingilterra diġà hu faċli ħafna imma jekk jiġi ddekriminalizzat nkunu qed niftħu l-bieb biex in-nies jagħżlu s-sess ta’ wliedhom u jekk ma jkunx dak li jridu huma jabortixxu”, qalet din.

Mill-Kamra tal-Aħbarijiet ta’ Radju Marija

Comment

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

w

Connecting to %s