Home > Aħbarijiet > Il-Knisja fil-Korea titlob li l-abort jibqa’ projbit

Il-Knisja fil-Korea titlob li l-abort jibqa’ projbit


Il-Ġimgħa 13 ta’ April 2018: Il-Knisja fil-Korea appellat lil-Qorti Kostituzzjonali tal-pajjiż biex ma tħallix li l-abort ikun legalizzat u dan għamlitu permezz ta’ petizzjoni ffirmata minn aktar minn miljun persuna li ma jridux l-abort.  Rapport li deher fis-sit newsbook.com.mt jgħid li l-Konferenza tal-Isqfijiet Kattoliċi, fit-22 ta’ Marzu nidiet petizzjoni hekkkif il-Qorti bdiet tipprepara biex tikkunsidra jekk l-abort għandux ikun dekriminalizzat.

korea.jpg

Il-Kardinal ta’ Seoul jirċievi aktar minn miljun petizzjoni kontra l-abort. 12 ta’ Frar 2018.

Din kienet l-ewwel darba li Knisja kattolika lokali għamlet petizzjoni fil-Qrati. Il-firem tal-petizzjoni, aktar minn miljun inġabru fix-xhur ta’ Diċembru 2017 u Jannar ta’ din is-sena.

“Id-dritt għall-ħajja ma għandux jitpoġġa għall-vot tal-maġġoranza”, qal l-Arċisqof Hyginus Kim Kee-joong ta’ Kwangju li hu wkoll il-president tal-Konferenza Episkopali. Jekk l-abort ma jibqax reat kriminali, in-nies jistgħu jaħsbu li tista’ twettqu.

“Il-Knisja toġġezzjoni bil-qawwa għall-qtil ta’ ħajjiet innoċenti. Dan il-qtil qatt ma jista’ jkun ġustifikat taħt l-ebda ċirkostanza jew skuża”, żied jgħid l-Arċisqof.  Is-sena li għaddiet aktar minn 230,000 iffirmaw petizzjoni elettronika li kienet preżentata lill-President tal-pajjiż biex l-abort ikun legalizzat.

Issa l-Knisja qed titlob lill-Qorti Kostituzzjonali biex meta fl-24 ta’ dan ix-xahar tiġi biex tikkunsidra din il-kwestjoni, twarrab il-liġi li tippermetti l-abort. Sal-lum, il-liġi kriminali tal-Korea, ħlief f’eċċezzjonijiet rari ħafna, ma taċċettax l-abort. Fl-2012, l-istess Qorti Kostituzzjonali kienet sostniet il-liġi li tipprojbixxi l-abort.  Il-Qorti kienet iddikjarat li d-dritt tal- mara tqila li tiddeċiedi hi ma għandux jirbaħ fuq id-dritt tal-fetu li jgħix.

Raport mill-Kamra tal-Aħbarijiet ta’ Radju Marija

Categories: Aħbarijiet
  1. No comments yet.
  1. No trackbacks yet.

Comment

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

w

Connecting to %s

%d bloggers like this: