Quddiesa Kattolika ċelebrata f’Kattidral Svediż għall-ewwel darba f’500 sena


Il-Ġimgħa 13 ta’ April 2018: Il-Knisja Luterana fl-Isvezja offriet temporanjament il-Kattidral tagħha biex jintuża’ għat-talb lil waħda mill-parroċċi Kattoliċi. Fil-Kattidral medjevali fil-belt ta’ Lund se tkun ċelebrata quddiesa kattolika għall-ewwel darba wara r-Riforma.

cq5dam.thumbnail.cropped.1500.844Il-Knisja Luterana offriet il-Kattidral lill-parroċċa kattolika ta’ San Tumas għax il-knisja ta’ din il-parroċċa se tingħalaq temporanjament biex isir xogħol kbir ta’ rinnovar li mistenni jdum għaddej għal sitt xhur sħaħa u l-ewwel quddiesa fih terġa’ ssir fil-21 ta’ Ottubru.

Il-Papa Franġisku kien żar Lund f’Ottubru 2016 fejn saret ċelebrazzjoni ekumenika mal-Luterani fil-500 anniversarju mir-Riforma fejn hu u mexxejja Luterani talbu flimkien u wegħdu kooperazzjoni spiritwali u prattika “fil-vjaġġ komuni tagħhomlejn ir-rikonċiljazzjoni”. Wara dik il-laqgħa ż-żewġ knejjes għamlu diversi sessjonijiet ta’ talb flimkien.

Ir-Reverendu Lena Sjostrand, kappillan tal-Kattidral qalet li ż-żjara tal-Papa f’Lund u Malmo “messet lil ħafna persuni”. Permezz tal-laqgħat li qed nagħmlu flimkien in-nies qed jagħrfu li dik iż-żjara ma kinitx sempliċi żjara imma mezz konkret biex issaħħew ir-relazzjonijiet bejn iż-żewġ komunitajiet insara.

Dawn is-servizzi flimkien u issa l-użu tal-Kattidral għall-quddies mill-Kattoliċi jirriflettu l-ispirtu tad-dokument tal-2013 “Mill-Konflitt għall-Għaqda” li jiffoka fuq ir-riżultat ta’ 50 sena ta’ djalogu minn wara l-Konċilju Vatikan II.

Rapport mill-Kamra tal-Aħbarijiet ta’ Radju Marija

Author: laikosblog

Blog tas-Segretarjat għal-Lajċi.

Comment

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s

This site uses Akismet to reduce spam. Learn how your comment data is processed.