Home > Aħbarijiet > F’Mar Musa s-sitwazzjoni hija kalma u anki fil-Wied tal-Insara

F’Mar Musa s-sitwazzjoni hija kalma u anki fil-Wied tal-Insara


Il-Ħamis 12 ta’ April 2018: Damasku (Agenzia Fides) – “F’Mar Musa s-sitwazzjoni hija kalma u anki fil-Wied tal-Insara, fejn jien twelidt u trabbejt, m’hemmx tensjonijiet. Madankollu, is-sitwazzjoni ġenerali tal-pajjiż għadha prekarja.” Fra Jihad Youssef huwa monaku ta’ Mar Musa, il-komunità monastika Kattolika tar-rit Sirjak, li kien twaqqaf mill-ġdid mill-Patri Ġiżwita Paolo Dall’Oglio (li kien maħtuf fl-2013 u li mhux magħruf x’sar minnu), komunità li tinsab ħdejn il-belt ta’ al-Nabk, fit-tramuntana ta’ Damasku.

mar-musa.jpg

Hu u jaqsam l-impressjonijiet tiegħu ma’ l-‘Agenzia Fides’, wara l-Għid, dan il-monaku stqarr: “Għad hemm ġlied f’xi naħat, lu fi wħud minnhom huwa aħrax, hemm ħafna vittmi, prinċipalment ċivili innoċenti”. Is-sitwazzjoni hija drammatika. Iżda anke f’żoni paċifiċi jew dawk li qatt ma ġew affettwati mill-ġlied, is-sitwazzjoni soċjali mhix prospera. “M’hemm l-ebda xogħol, il-prezzijiet huma għoljin ħafna. Il-familji jbatu biex ikampaw.” Ħafna familji jinsabu f’diffikultà “, ikompli Fra Jihad. “Quddiem sitwazzjoni ta’ inċertezza, ħafna qed jippjanaw biex jemigraw barra l-pajjiż: l-Ewropa, l-Amerika ta’ Fuq, l-Awstralja. Tifhimha, għalkemm naħseb li ħafna huma mqarrqa minn impressjonijjiet foloz tal-Punent. L-emigrazzjoni mhijiex faċli, u anki jekk wieħed jirnexxilu joħroġ, il-ħajja barra mill-pajjiż mhix faċli ”

Fl-aħħar ftit snin il-monasteru ta’ Mar Musa ma ġiex milqut mill-ġlied, u għalkemm l-attivitajiet naqsu l-patrijiet qatt ma telqu. Bħalissa tliet patrijiet tal-komunità u żewġ mistednin reliġjużi jgħixu fl-istruttura. “Viżitaturi ġejjin u sejrin ma rritornawx għal-livelli ta’ qabel il-gwerra – issokta jgħid – iżda, speċjalment nhar ta’ Ġimgħa (btala għall-Musulmani), ħafna nies, li ħafna minnhom huma Musulmani, jżuru l-monasteru, jimmeditaw, u jieqfu għal ftit tal-ħin f’post li jispira riflessjoni u kontemplazzjoni “.

Il-patrijiet u s-sorijiet reġgħu bdew iwettqu l-attivitajiet tradizzjonali. Huma jitolbu u huma wkoll iddedikati għal xogħol manwali: l-agrikoltura, it-trobbija tal-bhejjem, iż-żamma tal-istruttura. “Il-monaki – jgħid Fra Jihad – għandhom relazzjonijiet eċċellenti kemm mal-komunità Kristjana ta’ Nebek kif ukoll mal-poplu komuni, jaħdmu flimkien fuq xi proġetti, inkluża kollaborazzjoni mal-isptar lokali; hemm ukoll ħidma umanitarja biex tappoġġja lill-fqar speċjalment l-Insara ta’ Nebek, u nies minn Qarjatajn la sabu ruħhom barra minn posthom”. “M’hemm l-ebda tensjoni fiż-żona tagħna fil-mument, iżda l-ġejjieni irid jinbena, nafu x’kienet is-Sirja qabel il-gwerra, u ma nafux x’ser ikun aktar tard”, jtemm jgħid Fra Jihad. (EC) (Agenzia Fides, 12/4/2018).

Ara:
http://www.fides.org/en/news/64027-ASIA_SYRIA_Brother_Jihad_The_monastic_life_of_prayer_and_work_has_resumed_in_Mar_Musa

Categories: Aħbarijiet
  1. No comments yet.
  1. No trackbacks yet.

Comment

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

w

Connecting to %s

%d bloggers like this: