Home > Aħbarijiet, L-Isqof ta' Għawdex Mario Grech 2018 > L-E.T. Mons. Mario Grech, Isqof ta’ Għawdex fil-Ftuħ tal-Kampanja favur Ambjent Moralment Nadif u b’Saħħtu

L-E.T. Mons. Mario Grech, Isqof ta’ Għawdex fil-Ftuħ tal-Kampanja favur Ambjent Moralment Nadif u b’Saħħtu


L-Erbgħa, 25 ta’ April 2018: L-E.T. Mons. Mario Grech, Isqof ta’ Għawdex fil-Ftuħ tal-Kampanja favur Ambjent Moralment Nadif u b’Saħħtu organizzata mill-Azzjoni Kattolika Għawdxija fis-Santwarju Nazzjonali tal-Madonna Ta’ Pinu, l-Għarb.

20180425_185023-e1524766310840.jpg

 

Omelija: GĦAL AMBJENT MORALMENT NADIF

Meta fl-2012 iltaqa’ ma’ grupp ta’ isqfijiet Franċiżi, il-Papa Benedittu XVI fisser it-tħassib tiegħu għall-fatt li fl-Ewropa, li hija l-benniena tal-Kristjaneżmu, hawn “injoranza reliġjuża”. Din l-injoranza ma teżistix biss fis-soċjetà lajka u sekularizzata, imma wkoll fi ħdan il-poplu Nisrani. Minkejja li aħna l-Ewropej għandna tradizzjonijiet u kultura Kristjana, fostna hawn din l-injoranza reliġjuża li fi kliem il-Papa Benedittu hija “doppja” għax ħafna la jafu xejn dwar il-persuna ta’ Ġesù Kristu u lanqas dwar it-tagħlim tiegħu li jagħti sens lill-ħajja tal-bniedem. Minħabba din l-injoranza, il-ġenerazzjonijiet li telgħin ma jħossuhomx werrieta ta’ dik it-tradizzjoni li sawret il-ħajja, is-soċjetà, l-arti u l-kultura Ewropea. L-injoranza reliġjuża tfixkel l-iżvilupp sħiħ tal-bniedem u tas-soċjetà; fil-fatt, frott ta’ din l-injoranza l-bniedem jagħmel għażliet li bihom iweġġa’ lilu nnifsu.

Peress li għalina wkoll din hija sfida, jgħodd għalina l-kliem li Ġesù qal lill-Appostli qabel tela’ s-Sema: “Morru fid-dinja kollha xandru l-Evanġelju lill-ħolqien kollu” (Mk 16:15). Fostna għandna persuni li huma sajmin dwar Kristu u l-Evanġelju tiegħu; uħud minn dawn huma persuni reliġjużi u jedhew f’ħajja ta’ ritwali tal-Knisja. Jekk aħna tassew irridu “ambjent moralment nadif”, huwa urġenti li lkoll inħossuna responsabbli li nxandru l-Vanġelu, speċjalment fil-familji tagħna. Min hu mimli bil-passjoni għal Ġesù ma jistax ma japprofittax minn kull ċirkustanza biex jitkellem mal-oħrajn dwar il-“maħbub” tiegħu jew tagħha. Nagħmel mistoqsija sempliċi: Meta kien l-aħħar li waqqajt kliemek fuq Ġesù inti u titkellem ma’ żewġek jew martek, ma’ wliedek xħin ikunu madwar il-mejda, ma’ ħbiebek waqt li tkunu fit-triq, mal-ġara li tiltaqa’ magħha fil-ħanut?

Illum qegħdin ninawguraw kampanja biex ikollna “ambjent moralment nadif”. Fil-fehma tiegħi, biex ikollna din l-indafa morali, qabel ma nitkellmu fuq “liġijiet” jew “regoli” tal-morali, hemm bżonn li niskopru lil Alla li huwa l-għajn ta’ kulma huwa tajjeb u sewwa. Ħajja moralment tajba, aktar milli hija ħajja mfassla skont kif tiddetta l-liġi, hija ħajja mdakkra bil-qdusija ta’ Alla.

Ftit tal-ġimgħat ilu l-Papa Franġisku tana Eżortazzjoni ġdida bl-isem Ifirħu u thennew, fejn ikellimna dwar ix-xewqa ta’ Alla li jarana lkoll qaddisin. F’parti minn dan id-dokument, il-Papa jipproponi l-Beatitudnijiet bħala t-triq għal qdusija – gwida biex in-Nisrani jgħix ħajja tajba. Hekk, meta jirrifletti fuq l-ewwel barka – “Henjin il-foqra fl-ispirtu” – il-Papa jgħid li Ġesù jsejjaħ hienja lill-foqra fl-ispirtu għax huwa biss fejn hemm qalb fqajra li l-Mulej jista’ jidħol bil-ġdid dejjiemi tiegħu (ara GE, 6).

Għalhekk, jekk il-Beatitudnijiet huma “riċetta” biex persuna tkun qaddisa, huma riċetta valida wkoll biex ikollna ambjent moralment nadif. Inħeġġiġkom għalhekk biex tixtarru din l-Eżortazzjoni tal-Papa Franġisku li għandha tgħinkom tkunu qaddisa u hekk tqaddsu l-ambjent ta’ madwarkom.

  1. No comments yet.
  1. No trackbacks yet.

Comment

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

w

Connecting to %s

%d bloggers like this: