It-Tnejn 1 ta’ Mejju 2018: Illum waranofsinhar il-Papa żar is-Santwarju tal-Imħabba Divina f’waħda miż-żoni ta’ Ruma. Hu wasal fil-5.00 pm u ntlaqa’ mill-kor ‘Divino Amoris’ bil-kant tal-antifona “Tu es Petrus: (Inti Pietru).
Il-Qdusija Tiegħu imbagħad mar fis-Santwarju antik u quddiem il-Madonna tal-Mirakli fejn irreċita r-Rużarju għall-paċi fid-dinja u fis-Sirja. B’hekk hu inawgura x-xahar Marjan. Wara ltaqa’ mal-komunità tal-Oblati u tas-sorijiet, mal-anzjanii u r-residenti ta’ żewġt idjar tal-kenn.
Don Luciano Chagas Costa, ir-rettur tas-Santwarju qal li kienu mħejjijin sew għal diż-żjara speċjalment bit-talb. Il-pellegrini kollha kienu mimlijin entużjażmu u saħansitra kienu waslulu messaġġi minn barra mill-Italja li nfurmawh li kellhom isegwu ż-żjara permezz tal-mezzi tal-komunikazzjoni.
Il-Papa Franġisku, qal dun Chagas Costa, b’hekk kompla t-tradizzjnni tal-Papiet li fl-ewwel ta’ Mejju dejjem riedu jkunu preżenti f’das-Santwarju biex jagħtu bidu uffiċjali għax-xahar Marjan, u biex jitolbu lill-Madonna għall-paċi fid-dinja kollha.
Dun Chagas Costa hu tal-fehma li diż-żjara se tħalli ħafna frott, speċjalment billi jinbidlu l-qlub, anki dawk l-aktar iebsa.