Home > Minn Fr Michael Bugeja > L-Evanġelju tal-Ħamis 3 ta’ Mejju 2018

L-Evanġelju tal-Ħamis 3 ta’ Mejju 2018


Ħsieb minn Fr Michael Bugeja
Ara l-qari kollu tal-quddiesa tal-lum: http://www.laikos.org/QQ/Qari_Quddies.php
Ġw 14, 6-14

F’kapitlu 14 tal-Evanġelju tiegħu, San Ġwann jurina lil Ġesù waqt l-ikla mad-dixxipli tiegħu qabel bata u miet, jgħaqqad id-dubju tad-dixxipli dwar l-identità u dwar l-għan tal-ħidma tiegħu mal-qawwa tiegħu u ta’ min jemmnu.

Il-mistoqisja ta’ FilippU hija diretta; hu wkoll irid prova biex jemmen; irid jara lill-Missier. Ġesù jitnieħed it-tnehida tad-diżappunt, il-weġgħa ta’ min jinduna li minkejja l-preżenza u l-ħajja tiegħu magħhom, Filippu għadu ma għarfux. Id-dubju li jkisser ġej minn ġewwa. Ngħidilkom u ma temmnux kien qal lil-Lhud. Filippu ittieħed xi ftit jew wisq mill-Griegi li riedu jaraw lil Ġesù, il-Griegi li jirraġunaw b’moħħhom u riedu jkunu jafu lil Ġesù, jitkellmu miegħu. Ġesù ma keċċihomx, iżda l-mistoqsija ta’ Filippu tweġġgħu, għax biex jemmen ried prova, l-aqwa prova: urina lill-Missier u jkun biżżejjed għalina. Urina lil min bagħtek ħa nikkonfermaw dak li qed tgħidilna. Inti titkellem ħafna, imma jista’ jkun li l-Lhud għandhom raġun. Irridu prova.

Għal Ġesù u għal min jemm fih il-prova qiegħda hemm quddiem għajnejn kulħadd, iżda bħalma ġralhomil-Lhud hekk jista’ jiġri lil kulħadd; kull prova tista’ tiġi rifjutata u tqanqal il-ħtieġa ta’ prova ikbar. Ma ttiniex tort jekk ma nemmnukx għax prova ma tajtniex.

Ġesù jafferma l-identità divina tiegħu u l-għan imqanqal mill-imħabba tiegħu. Kull ma titolbu f’ismi jiena nagħmel dak li titolbu, għax min ra lili ra lill-Missier, jien u l-Missieri aħna ħaġa waħda. Kull ma qed jitlob huwa l-fiduċja u din il-fiduċja twassal biex min ikollu lilha jkollu sehem mill-ħajja tiegħu u minn dak kollu li hu tiegħu.

  1. No comments yet.
  1. No trackbacks yet.

Comment

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

w

Connecting to %s

%d bloggers like this: