Ordinazzjoni Presbiterali f’Għawdex


Nhar il-Ġimgħa 15 ta’ Ġunju 2018, fis-6.30pm, fil-Katidral tal-Assunta, il-Belt Victoria, se
tinżamm l-Ordinazzjoni Presbiterali ta’ JOSEPH HILI (mill-Parroċċa tat-Twelid tal-Verġni
Mqaddsa Marija, ix-Xagħra).  Bi tħejjija għall-Ordinazzjoni, se tinżamm ukoll Velja ta’ Talb nhar il-Ħamis 14 ta’ Ġunju, fit-8.00pm, fis-Seminarju Maġġuri tal-Qalb ta’ Ġesù, il-Belt Victoria. Iż-żewġ ċelebrazzjonijiet sa jiġu mxandra fuq Radju Marija 102.3/107.8 FM.

joseph-hili.jpgDun Joseph Hili twieled ix-Xagħra, fil-25 ta’ Marzu 1992. Irċieva l-edukazzjoni primarja flIskola Santa Tereża tal-Bambin Ġesù, Ta’ Kerċem, u dik sekondarja fis-Seminarju Minuri tal-Qalb ta’ Ġesù, il-Belt Victoria.

Wara s-sentejn fl-Istitut Postsekondarju Sir M.A. Refalo, il-Belt Victoria, f’Ġunju 2010 Joseph talab biex jidħol is-Seminarju. Hu għamel is-sena propedewtika tiegħu fil-Parroċċa tan-Nadur.

Beda l-kors fis-Seminarju Maġġuri tal-Qalb ta’ Ġesù f’Settembru 2011. Is-sena intermedjarja
għamilha fil-Parroċċa tal-qaddisin martri Vicente, Sabina u Cristeta, fil-belt ta’ Ávila, Spanja.

Lura mis-sena intermedjarja, f’Settembru 2015 kompla l-kors tiegħu fis-Seminarju.
Irċieva l-ministeru ta’ Lettur fil-21 ta’ Frar 2016, fil-Knisja arċipretali tal-Immakulata
Kunċizzjoni u San Ġużepp, il-Qala, u fis-26 ta’ Novembru 2016 ġie istitwit bħala Akkoltu,
fir-Rotunda arċipretali ta’ San Ġwann Battista, ix-Xewkija, dejjem minn idejn Mons. Mario Grech, Isqof ta’ Għawdex.

Fid-19 ta’ Marzu 2017 ġie ammess bħala kandidat għall-Ordni Sagri.
Tul il-formazzjoni tiegħu, Joseph għamel esperjenzi pastorali fil-Parroċċi tal-Fontana, Ta’
Kerċem, San Ġorġ u preżentament fix-Xewkija.

Author: laikosblog

Blog tas-Segretarjat għal-Lajċi.

2 thoughts on “Ordinazzjoni Presbiterali f’Għawdex”

Comment

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s

This site uses Akismet to reduce spam. Learn how your comment data is processed.