Il-Life Network Foundation qalet li min se jivvota favur l-emendi proposti għal-Liġi tal-Protezzjoni tal-Embrijun se jkollu jerfa’ responsabbiltà kbira li tinkludi l-mewt tal-embrijuni u kull effett negattiv li tispiċċa tbati s-soċjetà minħabba t-tibdil.
Il-proposti fl-Att jinkludu li l-embrijuni se jiġu ffriżati jekk il-koppja tagħti l-kunsens għall-addozzjoni u li l-kiri tal-ġuf ma jibqax kontra l-liġi f’xi każijiet. Continue reading “Emendi embrijuni: Min jivvota favur responsabbli għall-mewt tagħhom – Life Network”