Gvern l-ġdid fi Spanja jrid iwaqqaf it-tagħlim reliġjuż fl-iskejjel


L-Erbgħa 1 ta’ Awwissu 2018: Is-sit newsbook.com.mt irrapporta li l-Knisja Kattolika fi Spanja esprimiet it-taħssib serju tagħha għall-pjani tal-Gvern Soċjalista l-ġdid li jwaqqaf it-tagħlim reliġjuż u jeżamina mill-ġdid il-ftehim tal-imgħoddi mal-Vatikan.

“Hemm bżonn wieħed jiftakar li d-drittijiet tal-libertà reliġjuża u l-edukazzjoni huma drittijiet inaljenabbli u riflessi fil-Kostituzzjoni tal-pajjiż”, qal fi stqarrija il-Kumitat Eżekuttiv tal-Konferenza tal-Isqfijiet, bażata f’Madrid.

“Ir-reliġjon trid tingħata kunsidrazzjoni adegwata fis-sistema edukattiva kif titlob il-formazzjoni sħiħa tal-bniedem. Ma tistax tinbidel mal-etika imposta mill-poter pubbliku”.

Il-Gvern Spanjol qal li qed jippjana li jwaqqaf is-sussidju lill-iskejjel Kattoliċi u jneħħi r-reliġjon minn suġġett li jkun mgħallem fl-iskejjel biex minflok jidħol tagħlim obbligatorju ta’ “valuri etiċi u ċivili”.

Min-naħa l-oħra l-Isqfijiet qed isostnu li d-dritt tal-ġenituri “li jagħżlu l-mudell edukattiv li jixtiequ għal uliedhom” kien imniżżel fil-Kostitutzzjoni Spanjola tal-1978 u garantit bi Ftehim mal-Vatikan fl-1979.

Rapport mill-Kamra tal-A]barijiet ta’ Radju Marija

Author: laikosblog

Blog tas-Segretarjat għal-Lajċi.

Comment

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s

This site uses Akismet to reduce spam. Learn how your comment data is processed.