L-Evanġelju tal-Ħamis 2 t’Awwissu 2018


Ħsieb minn Fr Michael Bugeja
Ara l-qari kollu tal-quddiesa tal-lum: http://www.laikos.org/QQ/Qari_Quddies.php

Mt 13, 47-53

L-aħħar waħda fost il-parabboli tas-Saltna fl-Evanġelju skont San Mattew. Kollha kemm huma juru kawża u effett. Il-kawża sseħħ hawn f’din  il-ħajja, l-effett iseħħ fil-ħajja ta’ dejjem.

Jidher ċar ħafna li l-kommunità li għaliha kiteb Mattew, kienet xi ftit jew wisq bħal tagħna; komunità mħallta b’dawk li jieħdu deċiżjonijiet għall-ġid u dawk li jieħdu deċiżjonijiet bl-intenzjoni li jagħmlu l-ħsara, bit-tajjeb u bil-ħażin. Kommunità li fiha minn kollox.

Iżda jasal iż-żmien meta t-taħlit irid jintemm u ssir għażla.

F’dak li jseħħ hawn, f’din il-ħajja fuq din l-art, hemm l-għażliet tal-bnedmin, imsejħa biex jagħżlu dak li jixtieq Alla, għalkemm l-għażla hija ħielsa f’idejhom. F’dak li jseħħ fil-ħajja ta’ dejjem, l-għażla mhix iktar tal-bniedem, iżda ta’ Alla u l-effett ta’ dak l-effett m’għandux tmiem. Hemm, min ikun għażel it-tajjeb jissejjaħ ġust, u min għażel dak li jaħseb li jaqbel lilu, jissejjaħ ħażin. Il-ħniena ta’ Alla hija bla tarf, imma il-ġustizzja tiegħu ma jxekkilha xejn. Huwa b’ġustizzja li Alla juri ħniena, iżda huwa bi ħniena li Alla huwa ġust.

Ġesù donnu jrid iwissi li aħjar tagħżel bil-għaqal issa, għax jiġi żmien meta l-għażla ma tkunx iktar f’idejk.

Ikun aħjar għalina li nisimgħu u nagħtu kas, qabel Ġesù jaqbad u jitlaq ’l hemm.

Comment

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s

This site uses Akismet to reduce spam. Learn how your comment data is processed.