Il-Papa Franġisku fuq il-qabar ta’ Pawlu VI

It-Tnejn 6 ta’ Awwissu 2018: Propju bħal-lum 40 sena ilu eżattament fl-1978, fil-Kastell Gandolfo f’Ruma kien miet il-Papa Pawlu VI. Dalgħodu l-Papa Franġisku niżel fis-sotterran tal-Bażilika ta’ San Pietru fejn fejn għamel ftit mumenti ta’ talb quddiem il-qabar tal-Beatu Pawlu VI.Il-bieraħ ukoll, wara it-talba tal-Angelus, Franġisku fakkar il-memorja ta’ Pawlu VI u ddeskrivih bħala Papa kbira tal-modernità.  Il-Beatu Pawlu VI ser ikun dikjarat Qaddis fl-14 ta’ Ottubru ta’ din is-sena.

Author: Joe Farrugia

Segretarjat għal-Lajċi.

Inti x'taħseb dwar dan is-suġġett?

Discover more from Laikos

Subscribe now to keep reading and get access to the full archive.

Continue reading