Il-Papa f’Santa Maria Maggiore


Il-Papa Franġisku wasal lura Ruma mill-Irlanda tard il-Ħadd billejl. Ilbieraħ filgħodu, kif inhu soltu jagħmel, il-Papa mar fil-Bażilika ta’ Santa Maria Maggiore u hemm talab quddiem l-ikona tal-Madonna Għajnuna tal-Poplu ta’ Ruma u ħalla bukkett fjuri.

Qabel mar lura l-Vatikan, madankollu, huwa żar mingħajr mistenni l-Knisja ta’ Santu Wistin qrib Piazza Navona. F’kappellun fuq ix-xellug tal-altar maġġur hemm meqjum il-ġisem ta’ Santa Monika – ilbieraħ il-Knisja fakkret lil din l-omm li ma qatgħet qalbha qatt titlob għall-konverżjoni ta’ binha li nfakkru llum – Santu Wistin. Il-Papa Franġisku qatta’ ħin ta’ talb personali quddiem Santa Monika u wara rritorna fil-Vatikan.

Rapport mill-Kamra atl-Aħbarijiet ta’ Radju Marija

Published by

laikosblog

Blog tas-Segretarjat għal-Lajċi.