Il-Papa jsejjaħ il-Konferenzi Episkopali madwar id-dinja kollha dwar it-tema tal-abbużi


Il-Ħamis 13 ta’ Settembru 2018: Il-Kunsill tad-disa’ kardinali dalgħodu tenna “Solidarjetà sħiħa” lill-Papa, b’referenza għal dak li ġara fl-aħħar ġimgħat. Fi stqarrija għall-istampa mill-Kamra ta’ l-Istampa, fl-aħħar tas-C9, tħabbret laqgħa minn Francis mal-Konferenzi tal-Isqfijiet minn madwar id-dinja biex jitkellmu dwar l-abbuż tat-tfal u l-adulti.

 Roberta Gisotti – Città del Vaticano

Fr1.jpegIl-Papa Franġisku se jiltaqa’ fil-Vatikan mal-presidenti kollha tal-Konferenzi Episkopali mill-21 sal-24 ta’ Frar, “biex jitkellmu dwar il-prevenzjoni ta’ abbużi kontra tfal u adulti vulnerabbli”. Dan tħabbar mill-viċi-direttur tal-kamra tal-istampa tal-Vatikan, Paloma Garcia Ovejero, waqt l-għoti ta ‘informazzjoni li saret fi tmiem il-laqgħa tal-C9 li l-Papa – preżenti waqt il-laqgħa – talab dwarha wara li ġie aġġornat ukoll mill-Kardinal Sean Patrick O’Malley dwar il-ħidma tal-Kummissjoni Pontifiċja għall-Protezzjoni tal-Minorenni.

Il-kardinali kollha mbagħad esprimew “is-sodisfazzjon tagħhom bis-suċċess tal-IX Laqgħa Dinjija tal-Familji li saret f’Dublin.

Mill-Kunsill tal-Kardinali Solidarjetà sħiħa mal-Papa Franġisku

Rigward it-talba indirizzata lill-Papa mill-kardinali, fil-ftuħ tal-laqgħa tagħhom nhar it-Tnejn li għadda, dwar “riflessjoni fuq ix-xogħol, l-istruttura u l-kompożizzjoni tal-istess Kunsill, meta wieħed iqis l-età avanzata ta’ wħud mill-membri, ma ġewx imħabbra ħwejjeġ ġodda iżda biss id-data tal-laqgħa li jmiss tas-C9 għall-kardinali kollha fil-kariga, mill-10 sat-12 ta ‘Diċembru 2018.

fr2.jpegParti kbira mill-ħidma tal-Kunsill tad-disa’ kardinali, ħames snin wara li ġie kostitwit f’Settembru 2013, kienet iddedikata għall-aħħar aġġustamenti fl-abbozz tal-Kostituzzjoni Apostolika l-ġdida tal-Kurja Rumana, li għandha t-titlu proviżorju ‘Praedicate evangelium’. Il-C9 seta’ hekk jgħaddi t-test proviżorju lill-Papa, li issa jeħtieġ “reviżjoni stilistika u qari mill-ġdid kanonistiku”.

Kienu biss sitta il-kardinali li ħadu sehem fil-laqgħa C9, m’attendewx Francisco Javier Errázuriz Ossa, l-Arċisqof Emeritu ta’ Santiago de Chile, Laurent Monsengwo Pasinya, l-Arċisqof Kinshasa u George Pell, Prefett tas-Segretarjat tal-Ekonomija.

Miġjub mit-Taljan għall-Malti minn Louis Spiteri

Author: laikosblog

Blog tas-Segretarjat għal-Lajċi.

Comment

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s

This site uses Akismet to reduce spam. Learn how your comment data is processed.