L-Arċisqof Charles J. Scicluna dwar is-sejħa tal-Papa lill-Konfedrenzi Episkopali tad-dinja

Print Friendly, PDF & Email

It-Tnejn 17 ta’ Settembru 2018: “L-inizjattiva tal-Papa Franġisku li jsejjaħ il-Presidenti tal-Konferenzi Episkopali kollha tad-dinja għal laqgħa f’Ruma fi Frar 2019 biex tiddiskuti t-tema tal-prevenzjoni tal-abbużi huwa sinjali qawwi ħafna ta’ impenn kordjali favur il-ħarsien tad-dinjità u l-protezzjoni taż-żgħar fil-Knisja.”

Dan stqaru l-Arċisqof ta’ Malta, Charles J. Scicluna f’intervista publikata mis-sit tal-Vatikan nhar il-Ġimgħa 14 ta’ Settembru 2018.

Huwa kompla jgħid li “dan l-invit jgħid fi ftit kliem xi ħaġa fundamentali, li l-kwestjoni tal-prevenzjoni tal-abbużi u l-ħarsien tal-minuri timpenja l-Knisja kollha u timpenja lil kull min huwa fil-Knisja.

“Il-laqgha tenfasizza li deċiżjoni li hija diġà ċara ħafna u li kienet ħadet is-Santa Sede fl-2011, meta l-Kongregazzjoni għad-Duttrina tal-Fidi kitbet ċirkulari lill-Konferenzi Episkopali kollha tad-Dinja, li fiha enfasizzat atteġjamenti bażiċi li jwieġbu għall-fenominu ta’ niket tal-abbuż tal-minuri, imma li indikat ukoll il-bżonn li tmexxi ‘l quddiem ix-xogħol kbir, imma meħtieġ ta’ linji ġwida għal kull nazzjon tad-dinja.”

Kompli isma l-kumment tal-Arċisqof Charles J. Scicluna …

[soundcloud url=”https://api.soundcloud.com/tracks/501187407″ params=”color=#ff5500&auto_play=true&hide_related=true&show_comments=false&show_user=false&show_reposts=false&show_teaser=false&visual=true” width=”100%” height=”300″ iframe=”true” /]

Author: Joe Farrugia

Segretarjat għal-Lajċi.

Inti x'taħseb dwar dan is-suġġett?

Discover more from Laikos

Subscribe now to keep reading and get access to the full archive.

Continue reading