Ċelebrazzjoni fi tlugħ ix-xemx


Is-Sibt 15 ta’ Settembru  2018, il-Kummissjoni Interdjoċesana Ambjent organizzat ċerimonja li matulha sar kant u talb ta’ tifħir, u ġiet iċċelebrata wkoll l-ewkaristija, sewwasew waqt tlugħ ix-xemx. Din saret fil-kappella ta’ Lourdes ġewwa l-Imġarr Għawdex.

Waqt li kien qed isir il-kant u t-talb ta’ sbiħ il-jum, dawk preżenti setgħu jassistu għall-ispettaklu merviljuż li toffri x-xemx hija u titfaċċa minn fuq ix-xefaq. Kien ukoll mument ta’ riflessjoni dwar is-sbuħija tal-ħolqien u l-kobor tal-Ħallieq. Fl-istess waqt wieħed seta’ jidħol daħla fih innifsu u jaħseb dwar kemm aħna l-bnedmin qegħdin tassew inħarsu l-ħolqien kif naqraw li talab il-Missier Etern fil-Ġenesi. Iċ-ċerimonja tmexxiet minn Dun Renato Borg, ir-rettur tal-Kappella ta’ Lourdes.Din kienet waħda mill-attivitajiet li l-Kummissjoni qed torganizza għax-Xahar tal-Ħolqien ta’ din is-sena.

Tlugħ ix-xemx Lourdes 2

Tlugħ ix-xemx Lourdes 6

Tlugħ ix-xemx Lourdes 5

Author: laikosblog

Blog tas-Segretarjat għal-Lajċi.

Comment

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s

This site uses Akismet to reduce spam. Learn how your comment data is processed.