L-Arċisqof Charles J Scicluna maħtur f’Kummissjoni oħra fil-Vatikan


It-Tnejn 17 ta’ Settembru 2018: Is-Sala Stampa tal-Vatikan ħabbret li l-Arċisqof Charles Scicluna inħatar membru tal-Kummissjoni tal-Kontroversji. Din hija kummissjoni li titwaqqaf kull meta jkun hemm Sinodu tal-Isqfijiet biex issolvi xi kwistjonijiet ġjuridiċi li jistgħu jinqalgħu waqt is-Sinodu.

cjsIl-president tal-Kummissjoni huwa l-Kardinal Giuseppe Versaldi, il-prefett tal-Kongregazzjoni għall-Edukazzjoni Kattolika waqt li l-Isqof Godfrey Igwebuike Onah ta’ Nsukka fin-Niġerja huwa l-membru l-ieħor.

It-tema tas-Sinodu li se jsir bejn it-3 u t-28 ta’ Ottubru fil-Vatikan hija marbuta maż-żgħażagħ. L-Arċisqof Scicluna se jkun qiegħed jirrapreżenta lill-Konferenza Episkopali Maltija.

Is-Sinodu tal-Isqfijiet kien twaqqaf mill-Papa Pawlu VI f’Settembru 1965 b’risposta għax-xewqa tal-Konċilju Vatikan II li jitkompla fil-Knisja l-ispirtu ta’ kolleġġjalità li kien inbeda fl-istess Konċilju. Tul il-laqgħa l-isqfijiet flimkien u taħt id-direzzjoni tal-Papa jiddiskutu temi partikolari u jaqsmu l-esperjenzi tagħhom u ta’ mistednin speċjali dwar dawn it-temi bl-għan li jinstabu soluzzjonijiet u inizjattivi pastorali.

Is-Sinodu ta’ din is-sena huwa l-ħmistax assemblea ordinarja tal-isqfijiet.

Ara aktar dettalji … https://www.vaticannews.va/it/vaticano/news/2018-09/pubblicato-elenco-partecipanti-sinodo-giovani.html

Author: laikosblog

Blog tas-Segretarjat għal-Lajċi.

Comment

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s

This site uses Akismet to reduce spam. Learn how your comment data is processed.