Il-Kopti tal-Eġittu nominati għall-Premju Nobel tal-Paċi


Il-Ħamis 4 ta’ Ottubru 2018: Fost it-331 kandidat għall-Premju Nobel tal-Paċi għal din is-sena hemm il-komunità Kopta tal-Egittu.

L-Orfni Kopti, għaqda ghall-iżvilupp Kristjan, ħabbret dan fl-aħħar ta’ Settembru. L-Għaqda qalet li l-Kopti kienu nominati għax irrifjutaw li jirrtaljaw kontra persekuzzjoni qattiela li ġejja minn gvernijiet u għaqdiet terroristiċi fl-Eġittu u lil hinn.

img.jpgDin is-sena 216-il persuna u 115-il għaqda ġew nominati għall-Premju Nobel tal-Paċi. Ir-rebbieħ se jitħabbar għada l-Ġimgħa, 5 ta’ Ottubru.
Il-Kopti jagħmlu madwar 10% tal-popolazzjoni Eġizzjana u fil-preżent għaddejja vjolenza kbira kontra tagħhom.

Fl-2015, 21 Kopt inqatlu mill-Istat Iżlamiku fil-Libja, u huma rikonoxxuti bħala martri mill-Knisja Kopta Ortodossa.
Knejjes Kopti fl-Eġittu spiss huma fil-mira tal-Istat Iżlamiku.
F’Dicembru tal-2017, għaxar persuni nqatlu wara li terroristi attakkaw knisja Kopta ħdejn il-Kajr. 49 Kopti Kristjani mietu f’attakk bil-bombi f’Ħadd il-Palm fl-2017, filwaqt li saċerdot Kopt kien assassinat b’daqqa ta’ sikkina fil-Kajr f’Ottubru tal-2017.

Il-Kristjani fl-Eġittu ilhom ħafna jsofru attakki minn estremisti Islamiċi, l-aktar minn mindu tneħħa l-President Morsi, tax-Xirka tal-Aħwa Musulmani.

Rapport mill-Kamra tal-Aħbarijiet ta’ Radju Marija

Author: laikosblog

Blog tas-Segretarjat għal-Lajċi.