Aħbarijiet mis-Sinodu tal-Isqfijiet dwar iż-Żgħażagħ


Jiktbilna Fr Reuben Gauci minn Ruma

L-Erbgħa 3 ta’ Ottubru 2018: Minn kmieni filgħodu grupp ta’ żgħażagħ u adulti mir-Rumanija, Malta, l-Italja u Spanja u li jiffurmaw parti mill-Azzjoni Kattolika, flimkien irhejnielha lejn pjazza San Pietru ġewwa l-belt tal-Vatikan. Fl-10am bdiet ic-ċelebrazzjoni tal-quddiesa iċċelebrata mill-Qdusija Tieghu Papa Franġisku u ikkonċelebrata mill-isqfijiet li ser jieħdu sehem fis sinodu. Fuq il-presbiterju kien hemm ukoll is-saċerdoti, ir-reliġjużi u l-lajċi esperti u żgħażagħ li ser jieħdu sehem fil-laqgħat tas-sinodu li jsiru bejn it-3 u t-28 t’Ottubru 2018.

sinodu.jpgWieħed seta’ josserva li f’din il-quddiesa kien hemm kongregazzjoni ta’ etajiet differenti, firxa wiesa tal-komunità Nisranija. Dan is-sinodu ma jolqotx biss liz żgħażagħ imma l-komunità kollha Nisranija, ta’ kull età, ta’ kull ministeru, lajċi, reliġjużi, saċerdoti u isqfijiet. Il-mistoqsija li qed insaqsu bħala l-poplu t’Alla hija kif ser inkomplu niżviluppaw ir-relazzjoni bejn l-adulti u ż-żgħażagħ biex ikun hemm akkumpanjament li jibda mill-bżonnijiet taż-żgħażagħ u nimxu magħhom biex jikbru fir-relazzjoni tagħhom ma Alla, mal-oħrajn u mal-ħolqien kollu. Tul dan il-proċess ta’ akkumpanjament u dixxerniment li ġie mogħti importanza fil-preparazzjoni ta’ dan is-sinodu, tigwadanja tgawdi il-komunità Nisranija kollha: tfal, żgħażagħ u adulti.

Fil-quddiesa, l-Papa Franġisku indirizza lill-isqfijiet, padri sinodali dwar il-qawwa u t-tama tagħna fl-ispirtu s-Santu li jagħti l-grazzja li jkunu Padri Sinodali midluka bid-don tal-ħolm u t-tama. Imbaghad huma jkunu jistgħu jidilku liż-żgħażagħ bid-don tal-profezija u l-viżjoni.

Il-Papa Franġisku awgura li l-laqgħat tas-sinodu jkunu mezz ta’ kif jiġu mwessa l-orizzonti, jiġu mwessa’ l-qlub u jittrasformaw il-modi kif naħsbu li llum jipparalizzaw, jisseparaw, u jaljenawna miż- żgħażagħ. B’hekk iħalluhom esposti għall-ibħra mqallba, orfni mingħajr komunità ta’ fidi li ssostnihom, orfni mingħajr sens ta’ direzzjoni u sens ta’ ħajja.

Aktar dwar l-Omelija tal Papa Franġisku minn:-  http://www.laikos.org/Papa_Frangisku_Omelija_Ftuh-Sinodu_03102018.htm

Ara wkoll id-diskors tal-Papa Franġisku fl-Awla Sinodali:-  http://www.laikos.org/Papa_Frangisku_Diskors_Awla-Sinodu_03102018.htm

Author: laikosblog

Blog tas-Segretarjat għal-Lajċi.

Comment

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s

This site uses Akismet to reduce spam. Learn how your comment data is processed.