Ir-Rużarju – Talba għall-Paċi


Kitba ta’ Angelo Xuereb

In-nisrani meta jitlob bit-talba sabiħa tar-rużarju jħoss paċi mill-aktar kbira. U dlonk nistaqsu: għaliex?

L-ewwel nett ir-rużarju jfakkarna fl-istorja tas-salvazzjoni tagħna. Infatti l-ewwel misteru tal-ferħ iġibilna quddiem għajnejna t-tħabbira tal-anġlu u nkomplu miexja f’din it-triq sakemm naslu fil-ħames misteru tal-glorja meta naraw lil Marija Santissma nkurunata reġina tas-sema u tal-art. Dan huwa l-Evanġelju fil-qosor. Ta’ min isemmi li l-kelma Maltija Evanġelju ġejja minn kelma Griega li tfisser l-aħbar it-tajba. U bir-raġun kollu, meta nġibu quddiem għajnejna l-Evanġelju nimtlew bil-ferħ. Min għandu f’moħħu li r-reliġjon nisranija teqred il-paċi u tagħmel lill-bniedem monotonu jkun qiegħed jiżbalja.

rosaryKull ġrajja li nsemmu fir-rużarju  għandha messaġġ ta’ paċi xi twasslilna, nkunu fl-liema sitwazzjoni nkunu. Jekk għadejjin minn xi ġrajja ta’ ferħ nitgħallmu kif permezz tagħha noqorbu lejn Alla. Dan narawh fl-ewwel ħames misteri tal-ferħ. Imbagħad jekk inkunu għaddejjin minn xi niket jew xi salib inġibu quddiem għajnejna l-ħames misteri tat-tbatija. Meta nkunu ħerqana biex inkunu nafu x’inhuwa d-destin ta’ ħajjitna għandna l-misteri tal-glorja.

Anki l-fatt li nirrepetu Avemaria waħda wara l-oħra jġibilna l-paċi. Kemm huwa sabiħ li b’xufftejna nlissnu talba filwaqt li moħħok ikun ħsiebu f’Ġesù u Marija! Ir-repetizzjoni tal-Avemarijiet jaqtagħna mill-istorbju tal-ħajja filwaqt li jagħmel spazju biex fih jidħol Alla.

Permezz tar-Rużarju, Ġesù u Marija jidħlu f’dan l-ispazju ta’ ħajjitna biex jagħtuna l-paċi. Il-bniedem jista’ jfittex il-paċi f’elf ħaġa iżda jekk ma jirrikorrix għand Ġesù, mhux ser isibha.

It-talba tar-Rużarju ma hijiex xi teknika biex aħna niksbu l-paċi interjuri. Hija talba li terfagħna għand Alla. Hija wkoll talba għall-bżonnijiet tal-oħrajnu tal-Knisja.  Ejjew għalhekk noffru din it-talba għall-paċi fid-dinja. Nitolbu għalhekk għal tant ġnus li qegħdin jiggwerraw forsi bil-pulit u għal kull xorta ta’ diżgwid li hawn fid-dinja.

Ma ninsewx dak li kantaw l-anġli meta twieled Kristu: “Paċi fl-art lill-bnedmin ta’ rieda tajba”.

Comment

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s

This site uses Akismet to reduce spam. Learn how your comment data is processed.