L-Arċisqof Charles J. Scicluna lura mis-Sinodu tal-Isqfijiet


L-Erbgħa, 31 ta’ Ottubru 2018: L-Arċisqof Charles J. Scicluna llum ġie intervistat fuq Radju RTK u fuq Newsbook.com.mt, dwar l-esperjenza tiegħu fis-Sinodu tal-Isqfijiet li sar fil-Vatikan matul ix-xahar ta’ Ottubru. Din hi l-ewwel intervista tal-Arcisqof wara l-wasla tiegħu f’Malta.

Fis-Sinodu ħadu sehem madwar 300 isqof minn madwar id-dinja li flimkien mal-Papa Franġisku kif ukoll grupp ta’ żgħażagħ, iddiskutew l-aspettattivi, ix-xewqat u l-biżgħat taż-żgħażagħ fid-dinja tal-lum. Waqt is-Sinodu, l-Arċisqof Scicluna għamel diskors li fih tkellem dwar l-għatx għall-imħabba li għandhom iż-żgħażagħ, u tkellem ukoll dwar il-pellegrinaġġ li għamel ma’ grupp ta’ żgħażagħ Maltin fl-Art Imqaddsa bi tħejjija għas-Sinodu.

L-intervista ixxandret fil-5:00 p.m.