Evanġelju tal-Erbgħa 21 ta’ Novembru 2018

Ħsieb minn Fr Michael Bugeja
Ara l-qari kollu tal-quddiesa tal-lum: http://www.laikos.org/QQ/Qari_Quddies.php
Mt 12:46-50

Illum fit-tifkira tal-preżentazzjoni ta’ Marija, il-Knisja tagħtina rakkont ta’ ġrajja qasira fil-forma iktar ħanina tagħha għax filwaqt li San Mattew jgħidilna x’ġara, ma jgħidilniex ir-raġuni għalfejn. San Mark f’kapitlu 3 vers 21 jgħidilna wkoll l-isfond ta’ dak li ġara. Continue reading “Evanġelju tal-Erbgħa 21 ta’ Novembru 2018”

Lectio Divina għat-34 Ħadd. Kristu Re

Vanġelu (Ġw 18, 33-37): Il-festa ta’ Kristu Re ġiet imwaqqfa fl-1925 f’mument drammatiku tal-Ewropa: it-tmiem tal-ewwel gwerra dinjija u t-tħejjija għat-tieni, żmien meta l-Ewropa kienet maħkuma minn ferneżija għall-poter, b’bosta pajjiżi ġa taħt il-ħakma ta’ reġimi totalitarji. Għalhekk il-Papa Piju XI nieda dil-festa biex jgħallem li l-poter tad-dinja ma jappartjenix għall-bnedmin imma għal Alla. Irridu noqogħdu attenti li ma ninterpretawx ħażin ir-regalita’ ta’ Kristu. Continue reading “Lectio Divina għat-34 Ħadd. Kristu Re”

Evanġelju tat-Tlieta 20 ta’ Novembru 2018

Ħsieb minn Fr Michael Bugeja
Ara l-qari kollu tal-quddiesa tal-lum: http://www.laikos.org/QQ/Qari_Quddies.php
Lq 19, 1-10

Ġeriko, il-belt ta’ rieħa tfuħ, fejn l-għonja u l-kbarat kellhom ir-residenzi tagħhom għall-vakanzi, fejn il-ġid ma kienx nieqes, ma kienetx nieqsa lanqas mill-faqar tat-tallaba, mill-miżerja tal-foqra li ma kellhomx għaxja ta’ lejla u kienu jiddependu mill-karità tan-nies, li, mill-Ecanġelju ta’ Luqa, jidher ċar ħafna li ma kienux qalbhom tajba wisq. Continue reading “Evanġelju tat-Tlieta 20 ta’ Novembru 2018”

Għas-servizz tal-Mulej fil-proxxmu permezz tal-mediċina

Nhar il-Ġimgħa 16 ta’ Novembru ċċelebrajna l-festa għażiża ta’ San Giuseppe Moscati, il-qaddis tabib ta’ Napli.

Wara 91 sena minn mindu mar għand il-Missier, il-figura ta’ Moscati tibqa’ taffaxxina lil ħafna nies. Continue reading “Għas-servizz tal-Mulej fil-proxxmu permezz tal-mediċina”