Evanġelju tal-Ħadd 2 ta’ Diċembru 2018


Ħsieb minn Fr Michael Bugeja
Ara l-qari kollu tal-quddiesa tal-lum: http://www.laikos.org/QQ/Qari_Quddies.php
Lq 21, 25-28.34-36

Il-Knisja, fil-Liturġija tagħha, tuża l-aħħar siltiet mill-Evanġelju skont San Luqa, li qrajna fl-aħħar jiem tas-sena liturġika li għaddiet biex bihom terġa tiftaħ is-sena liturġika l-ġdida. Hi u tagħmel hekk qed turina li ċ-ċiklu liturġiku mhux lineari, minn sena għall-oħra, waħda wara l-oħra iżda huwa ċirku, hemm kontinwità fi spiral kontinwu li jibda mat-twelid tan-nisrani għall-ħajja l-ġdida f’Alla u ma jintemmx, għax jibqa’ jdur sa ma jinfetaħ għal kollox fl-eternità.

Iż-żmien tal-Avvent, fil-bidu tas-sena liturġika jqiegħdilna quddiemna mill-ewwel, hekk kif kien iħobb jagħmel sewwa sew Ġesù stess, li qatt ma qagħad idur ma’ kantunieri, l-għan tas-sejħa tagħna, bie xit-tweġiba tagħna tkun maħduma bil-għaqal, bħal dak li qabel jibni torri fl-għalqa tiegħu joqgħod bilqiegħda biex jara jistax iwassal sal-aħħar fil-ħolma tiegħu. L-eskaton bil-grieg għandha tifsira doppja: tfisser it-tmiem, meta kollox isib is-siegħa tiegħu, u l-għan, dak li jrid jintlaħaq jew jinkiseb; ma’ din it-tifsira allura, it-tmiem ma jibqax tmiem fih innifsu iżda fit-tmiem hemm bidu ta’ xi ħaġa oħra, bħal-lejl li jtemm il-jum imma fih hemm moħbi l-bidu ta’ jum ieħor, ġdid, differenti minn ta’ qablu u li ma jirrepetix ruħu.

Għalhekk l-Avvent fil-bidu tas-sena liturġika, jitfagħna mill-ewwel lejn it-tmiem tagħna, lejn l-għan tagħna u lejn il-bidu ġdid tagħna; it-tmiem tal-ħajja fuq din l-art, l-għan tagħna wara din il-ħajja qasira u s-sebħ ta’ jum ġdid fil-qawmien ta’ Kristu mill-imwiet u t-tisħib tagħna miegħu, f’jum li ma jkollux iżjed eskaton, għa xhuwa l-jum li ma jintemm qatt, imdawwal mix-xemx li ma tinżel qatt.

Ma’ dan il-ħsieb tal-Knisja hemm marbuta sejħa, anzi is-sejħa, l-istedina. Iż-żmien tal-Avvent huwwa ż-żmien tal-inviti. Alla jistieden bil-Kelma setgħana tiegħu lill-bnedmin għall-festa tat-tieġ ta’ Ibnu l-waħdieni; fil-metalità Lhudija ta’ żmien Ġesù, it-tieġ kien il-festa tal-kommunità kollha li ddum iżje dminn kull festa oħra, u nafu lkoll li ħafna jixtiequ jtawlu l-festi kemm jistgħu biex jgħixu dejjem f’festa, għax il-jiem tal-festa mhumiex il-jiem normali li jdejquna u jkissruna bl-għejja tar-rutina monotona tagħhom. Nimmaġinaw x’qed jifhmu n-nies li jiimgħu lil xi ħadd jitkellem dwar festa ta’ tieġ għal dejjem, ma tintemm qatt.

Alla, fl-imħabba tiegħu ma jeħda qatt isejjaħ u jistieden, anke meta jkun hemm min jirrifjuta, jibqa’ jsus warajh u jurih il-menu, biex forsi jħajru; il-mejda lesta, l-għoġiela maqtula; inħejji għalikom fuq il-muntanja, inbejjed fini u l-inbid iġib l-hena f’qalb il-bniedem.

Mela hija stedina għall-hena. Alla jaf li l-bniedem jgħaddi mid-dlam li jnikktu, mit-tbatija li tiffrustrah, mill-firdiet li jiddeprimuh. Huwa għalhhekk li, f’imħabbtu għal kull bniedem, isus warajh biex jagħtih l-hena li ma tiddependix minn dak li jgħaddi jew jgħadduh minnu, iżda mill-preżenza li tgħammar f’qalbu. Imma dan ma jiġix malajr u jekk iseħħ, huwa temporali, jgħaddi.

Mela hija wkoll stedina għat-tama. Qawwu qalbkom u erfgħu raskom. Il-kuraġġ li ma naqtgħux qalbna jagħtina t-tama u t-tama tħeġġeġ l-istennija. Hi fil-qrib, hija ndikazzjoni li mhux se ndumu nistennew, li waslet. L-hena tibda mal-istennija.

Kull sejħa għall-hena hija differenti minn oħra. Alla ma jistampax l-inviti tiegħu u jibgħathom lil kulħadd kif nagħmlu aħna l-bnedmin; kieku niktbu l-inviti wieħed wieħed, jeħdulna ħafna mill-ħin tagħna, u l-ħin jiswa l-flus, ngħidu aħna. Alla jindriga li jiġi hu stess, u jistedinna billi jmissilna qalbna. L-ewwel miġja ta’ Ġesù, li tfakkarna fil-ġenerożità infinita ta’ Alla, hija sinjal kontinwu u kostanti li l-istedina tiegħu tiġġedded għal kull bniedem, f’kull ħin tal-ħajja tiegħu, f’kull sitwazzjoni, kemm fid-dlam u kemm fid-dlam, kemm fit-tlajja u kemm fl-inżul. Morru f’salib it-toroq u ġibu lil kulħadd. L-Avvent huwa dan is-salib it-toroq. Aħna xxurtjati li bil-malti nużaw din l-espressjoni, għax l-invit tagħna huwa Ġesù fuq is-salib u fih jgħaqqad flimkien it-triq li nimxu flimkien mat-triq li teħodna ’l fuq lejn Alla nnifsu.

Comment

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s

This site uses Akismet to reduce spam. Learn how your comment data is processed.