Avvent ma’ Marija – It-Tielet Ġimgħa – It-Tlieta


KOLLOX

“Kulħadd mar biex jinkiteb, kull wieħed fil-belt tiegħu”. – Luqa 2:3

48257036_1067546813424602_2339793462968188928_nId-digriet ma laqatx biss lil Marija u ’l Ġużeppi; laqat lil kulħadd, għax “kulħadd mar biex jinkiteb”. L-aħbar taċ-ċensiment ferżnet lill-Galilija kollha. Żgur li Nazaret kienet ħuġġieġa waħda hekk kif kull pellegrin anzjuż fittex minnufih iħejji l-vjaġġ tiegħu lejn “il-belt tiegħu”.

Għal darb’oħra, Marija sabet ruħha mimlija mistoqsijiet. Meta kienet se titwieled it-tarbija tagħha? Kemm kellu jdum il-vjaġġ għal Betlehem? Kienu se jaslu Betlehem fil-ħin? Anki Ġużeppi kellu l-mistoqsijiet tiegħu. Il-ġisem ta’ Marija kien b’saħħtu biżżejjed għal dan il-vjaġġ? Fejn kienu se joqogħdu meta jaslu? Il-ftit li kien faddal kien biżżejjed għat-taxxa taċ-ċensiment kif ukoll għall-vjaġġ ’l hemm u lura? Iċ-ċensiment mhux biss ippreżenta twettiq konvenjenti tal-profezija messjanika ta’ Mikea (ara Mik 5:2), imma ppreżenta wkoll lil Marija u lil Ġużeppi b’mistoqsijiet kbar li kienu jitolbu minnhom iktar fiduċja u dipendenza assoluta. Il-vjaġġ lejn Betlehem kien qed jitlob kollox minnhom.

Xi drabi, l-intimità divina ssejħilna għal postijiet li ma nkunux irridu mmorru fihom. Xi drabi nitħassbu: “Mulej, diġà tajtek ħafna; issa trid kollox?”.

It-tweġiba hi… iva, Alla jrid kollox. Imma, ftakar, Alla qed ifittex l-intimità. Jekk il-kwalitajiet essenzjali tal-intimità huma l-għotja sħiħa tagħna nfusna u tweġiba ħielsa, allura din hi triq li tintmexa miż-żewġ naħat. Jekk Alla qed jitolbok tagħtih lilek innifsek kollok kemm int, allura hu lest li jagħtik lilu nnifsu. Jekk Alla jitolbok tweġiba ħliesa minn kull irbit, mela hu jixtieq li jilqgħek kollok kemm int. Alla jrid kollox minna biex jista’ jagħtina kollox. It-twessigħ li nħossu “fil-kollox” qiegħed hemm biex inkunu iżjed kapaċi nilqgħu l-kollox li hu jrid jagħtina.

Qatta’ ftit ħin ma’ Marija. Staqsiha kif irnexxielha ċċedi kollox.

Għat-talb tiegħek
Marija żgur kienet titlob bil-Ktieb tal-Ġenesi. Ħejji t-talba immaġinattiva tiegħek billi taqra bil-mod Ġenesi 22:1-19. Ħaddem is-sensi spiritwali tiegħek u itlob bl-immaġinazzjoni tiegħek flimkien ma’ Marija f’Luqa 2:3. Imbagħad, għid din it-talba:

“Missier, nixtieq nifhem kemm int tixtieqni. Inħallik teħodni fejn trid int biex jien nista’ nagħtik kollox”.

Xi kliem laqtek l-iżjed int u titlob?
X’kien li ħassejt jiċċaqlaq fil-qalb tiegħek?

Comment

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s

This site uses Akismet to reduce spam. Learn how your comment data is processed.