Avvent ma’ Marija – It-Tielet Ġimgħa – Il-Ħamis


FAQAR

“Meta kienu hemm”. – Luqa 2:6

48155219_1067548243424459_3395125386395254784_nMeta Marija u Ġużeppi waslu Betlehem, is-sikta ħiemda tal-vjaġġ tagħhom invadieha l-istorbju miġnun ta’ eluf ta’ pellegrini li nġemgħu fil-belt għaċ-ċensiment. Bil-ftit li kien idaħħal, Ġużeppi xorta sab ruħu fuq sieq waħda quddiem is-sorpriża tad-digriet tal-imperatur, għalhekk l-istil sempliċi tal-ħajja tiegħu ta’ Galilew safa mheżżeż. Kien hemm it-taxxa taċ-ċensiment. Kien hemm l-ispejjeż tal-vjaġġ. Marija u Ġużeppi ma kienu ppreparaw għal xejn minn dan. Barra minn hekk, dan kien suq ta’ min ibigħ l-iżjed, u ċ-ċensiment mhux mistenni ħoloq domanda barra minn żmienha. Kollox kien jiswa iżjed – l-ikel, l-ilma, l-akkomodazzjoni… Din il-koppja żagħżugħa, sfinita wara disgħin mil ta’ vjaġġ kiefer, ma kellha lil ħadd u ma kellha xejn. Fil-faqar tagħhom kienu għalkollox dipendenti fuq Alla.

Alla ma jbeżżgħux il-fatt li aħna dipendenti fuqu; ma jibżax mill-faqar tagħna. Wara kollox, din kienet it-tila li fuqha pinġa twelidu fost il-bnedmin. Imma ħafna minna jaħarbu mid-dipendenza. Ħafna minna naħarbu mill-faqar li hemm ġo fina. Dan forsi għax inħossuna qisna qed immutu: jekk nintelqu, inħossuna bħallikieku ma hemm xejn li miegħu nistgħu niggranfaw. Forsi għax inħossuna vulnerabbli, u l-vulnerabbiltà tqajjem il-paniku għax tfisser nuqqas ta’ sigurtà. Forsi għax ma għandna xejn x’noffrulu lil Alla – u aħna veru nemmnu li lil Alla rridu nagħtuh xi ħaġa biex hu jħobbna. Forsi għax aħna nibżgħu li “jiena waħdi, u Alla mhux ħa jitfaċċa”.

Issa isma’ l-leħen ta’ Alla: “Henjin il-foqra fl-ispirtu, għax tagħhom hija s-Saltna tas-Smewwiet” (Mt 5:3). Alla jħobb lill-foqra. Għaliex? Kif tgħallimna minn Marija fil-meditazzjonijiet ta’ qabel, il-faqar iwassal għall-vojt… il-vojt iwassal għal eku perfett… u l-eku jwassal għal qima perfetta.

Marija kienet battala, li jfisser li kienet fqira. Qatta’ ftit ħin ma’ Marija u staqsiha x’fisser għaliha li kienet fqira għalkollox. Imbagħad, kellimha dwar qalbek. Kif tħossok dwar il-faqar li hemm ġo fik? Is-sitwazzjoni finanzjarja tiegħek kif taffettwa l-ħila tiegħek li tkun fqir fl-ispirtu? Jekk qed tissielet finanzjarjament, x’attitudni għandek dwar dan? Jekk m’intix tissielet, x’inhi l-attitudni tiegħek lejn dak li qed tagħmel biex tħossok finanzjarjament fiż-żgur?

Għat-talb tiegħek
Marija żgur kienet titlob bil-Ktieb ta’ Sofonija. Ħejji t-talba immaġinattiva tiegħek billi taqra Sofonija 2 u 3. Ħaddem is-sensi spiritwali tiegħek u itlob bl-immaġinazzjoni tiegħek flimkien ma’ Marija f’Luqa 2:6. Imbagħad, għid din it-talba:

“Missier, illum nitolbok il-grazzja li nduq il-qawwa tiegħek fid-dgħufija tiegħi. Nitolbok tiftaħli qalbi biex tgħannaq magħha l-faqar tiegħi”.

Xi kliem laqtek l-iżjed int u titlob?
X’kien li ħassejt jiċċaqlaq fil-qalb tiegħek?

Comment

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s

This site uses Akismet to reduce spam. Learn how your comment data is processed.