Il-Madonna ta’ Pinu f’San Ġorġ


IL-MADONNA TA’ PINU ĠEJJA SAN ĠORĠ … GĦAT-TIENI DARBA

Is-sena 2019 hija waħda ferm speċjali għall-Knisja f’Għawdex. Dan għaliex il-kwadru għażiż u mirakoluż tal-Assunzjoni tal-Verġni Mbierka Ta’ Pinu qed jagħlaq 400 sena minn mindu tpitter minn Amadeo Perugino. Dan il-kwadru ntgħażel mill-Verġni Marija nfisha biex permezz tiegħu tagħti messaġġ ta’ tama lill-Għawdxin, lill-Maltin u lill-Insara ta’ kull żmien, hi u ssejħilna biex naslu għand Kristu permezz tagħha.

captureId-Djoċesi ta’ Għawdex qed tiċċelebra bi gratitudni dan l-anniversarju permezz ta’ Sena Marjana li nfteħet fis-Solennità ta’ Kristu Sultan f’Novembru li għadda u li tibqa’ sejra sal-Vġili tal-Għid tal-Assunta ta’ din is-sena. Bħala parti miċ-ċelebrazzjonijiet il- kwadru se jkun qed iżur il-parroċċi kollha tad-djoċesi.

Il-Parroċċa ta’ San Ġorġ se tilqa’ lix-xbieha mirakoluża tal-Madonna Ta’ Pinu nhar l-Erbgħa 16 u l-Ħamis 17 ta’ Jannar. Din, allura, se tkun it-tieni żjara straordinarja tal-kwadru Ta’ Pinu f’San Ġorġ, wara li f’Novembru 1950 l-istess kwadru qatta’ lejl sħiħ fil-knisja parrokkjali tagħna fl-okkażjoni tal-festi djoċesani speċjali tal- proklamazzjoni tad-Domma tal-Assunzjoni ta’ Marija mill-Papa Piju XII.

Barra minn hekk, ir-rabta tal-Parroċċa ta’ San Ġorġ u niesha mal-Verġni Marija Ta’ Pinu u s-Santwarju Nazzjonali tagħha hija tabilħaqq qawwija. Biżżejjed insemmu li Pinu Gauci, li għalih il-Madonna hija – u tibqa’ – msemmija, kien parruċċan ta’ San Ġorġ u kien indifen fil-Bażilika tagħna. Ħafna iktar tagħrif dwar din ir-rabta speċjali jinsab miġbur fil-kalendarju tal-parroċċa ta’ din is-sena.

Ħa nitħeġġu, mela, aħna bħala komunità Ġorġjana sabiex nagħtu merħba mill-ikbar u mill-qalb lill-Omm tagħna tas-Sema li għażlet li tkun daqstant qrib tagħna, anzi magħna, f’dan il-kwadru insinji Ta’ Pinu, u flimkien annuna, imqawwija mill-kliem tal- motto magħżul “Tibżax tieħu għandek lil Marija”, ngħidulha: “Erġ’ejja, erġ’ejja, ħalli nħarsu lejk! Kemm int sabiħa u kemm tassew int ħelwa, imħabba fost l-għaxqiet! [Għan 7:1,7].

Talba Tas-sena Marjana

F’għeluq l-400 sena millKwadru talmadonna ta’ Pinu

Tema: “Tibżax Tieħu għandek lil Marija” (Mt 1:20)

Madonna Ta’ Pinu,
Omm Alla u Omm tagħna, fi ħdanek jinxteħtu uliedek ħerqana.
Sliem għalik, Marija

Talbitna f ’dat-tempju hi l’int tiġi għandna; bħal Ġwanni u Ġużeppi nilqgħuk f ’qalbna u djarna.
Sliem għalik, Marija

Ġib miegħek lil Ibnek ħa jdawwal triqatna; imħażżma bil-Kelma fid-dinja tibgħatna.
Sliem għalik, Marija

Fil-foqra ta’ żmienna ikxfilna l-wiċċ tiegħu, b’mantarek setgħani kenninna taħt driegħu.
Sliem għalik, Marija

Għal seklu fuq ieħor dal-kwadru rrakkonta il-grazzji bħal xita mit-tron tal-Assunta.
Sliem għalik, Marija

Ibq’ejja, Marija; kun magħna f ’kull ħin – wassalna għand Kristu fis-Sema henjin.
Sliem għalik, Marija

Għid 3 Ave Marija f ’ġieħ it-tlitt ijiem li l-ġisem tal-Verġni Marija dam fil-qabar, kif talbet il-Madonna Ta’ Pinu lil Karmni Grima nhar 22 ta’ Ġunju 1883.

L-ERBGĦA 16 TA’ JANNAR                                                              

Il-quddiesa tas-6.00pm ma ssirx.

6.15pm:   Wasla tal-Kwadru mirakoluż Ta’ Pinu quddiem il-Knisja ta’ San Ġakbu fi Pjazza Indipendenza.

6.30pm:   Translazzjoni solenni aux flambeaux tal-Kwadru insinji u mirakoluż tal-Madonna Ta’ Pinu lejn il-Bażilika ta’ San Ġorġ, immexxija mill-E.T. Mons. Alfred Xuereb, Nunzju Appostoliku fil-Korea u l-Mongolja, bis-sehem tal-Kapitlu u l-kleru Ġorġjan, l-Ordnijiet Reliġjużi tal-Belt Victoria, u l-komunità parrokkjali.

6.45pm:   Indirizz ta’ merħba mill-Arċipriet Mons. Joseph Curmi fi Pjazza San Ġorġ u dħul solenni tal-Kwadru fil-Bażilika.

7.00pm:   Konċelebrazzjoni Pontifikali mmexxija mill-E.T. Mons. Arċisqof Alfred Xuereb, bis-sehem tal-Kapitlu u l-kleru Ġorġjan, u l-kleru reliġjuż tal-Belt Victoria. Fit-tmiem, intronizzazzjoni solenni tal-Madonna Ta’ Pinu fuq l-altar bażilikali. Ikanta l-Kor Laudate Pueri.

8.00pm:   Ċelebrazzjoni għaż-żgħażagħ u l-adolexxenti, bis-sehem tal- Grupp 23four tal-Parroċċa u gruppi oħra ta’ żgħażagħ u adolexxenti fil-Belt Victoria.

9.30pm:   Velja ta’ talb, kant u tifħir f’ġieħ il-Madonna Ta’ Pinu mmexxija minn Patri Marcello Ghirlando ofm u animata minn Mario Caruana. Fit-tmiem, espożizzjoni solenni tas-Santissmu Sagrament li tagħti bidu għal Nishru ma’ Marija, lejl kontinwu ta’ adorazzjoni ta’ Ġesù Ewkaristija f’riġlejn ix-xbieha devota u mirakoluża tal-Madonna Ta’ Pinu. Ikun hemm is-servizz tas- Sagrament tar-Rikonċiljazzjoni.

11.00pm: Siegħa talb, kant u adorazzjoni fis-skiet immexxija minn Fra Etienne Gilson ofmconv u Patri Joseph Formosa ofmconv.

IL-ĦAMIS 17 TA’ JANNAR  

12.00am: Siegħa talb, kant u adorazzjoni fis-skiet immexxija minn Dun Simon M. Cachia.

1.00am:   Siegħa talb, kant u adorazzjoni fis-skiet immexxija minn Dun Richard N. Farrugia, Rettur tas-Seminarju tal-Qalb ta’ Ġesù.

2.00am:   Siegħa talb, kant u adorazzjoni fis-skiet immexxija minn Patri Peter Paul Cachia osa.

3.00am:   Siegħa talb, kant u adorazzjoni fis-skiet immexxija minn Patri Adeodato Schembri osa, Pirjol tal-Komunità tal-Patrijiet Agostinjani tal-Belt Victoria.

4.00am:  Siegħa talb, kant u adorazzjoni fis-skiet immexxija mill-Arċipriet.

Il-quddies tal-5.15am, tas-6.00am u tas-7.00am isir bħas-soltu.

7.30am:   Quddiesa mmexxija minn Patri Victor Degabriele sj, Superjur tal-Komunità tal-Patrijiet Ġiżwiti tal-Belt Victoria.

8.00am:   Quddiesa mmexxija minn Dun Richard N. Farrugia, Rettur tas- Seminarju tal-Qalb ta’ Ġesù, bis-sehem tas-seminaristi tad- Djoċesi.

8.35am:   Ċelebrazzjoni għall-istudenti tal-Iskola Primarja ta’ St Francis.

9.00am:   Quddiesa mmexxija minn Dun Eddie Zammit, Rettur tal-Knisja tar-Ragħaj it-Tajjeb fil-Belt Victoria.

9.35am:   Ċelebrazzjoni għall-istudenti tal-Iskola Sekondarja tal-Kulleġġ ta’ Għawdex.

10.00am: Quddiesa mmexxija minn Patri Joseph Xerri ofmconv, Gwardjan tal-Komunità tal-Patrijiet Franġiskani Konventwali tal-Belt Victoria, u li fiha jingħata s-Sagrament tal-Griżma tal-Morda lill-anzjani u l-morda. Din tkun l-aħħar quddiesa ta’ filgħodu u filgħaxija tal-5.00pm ma ssirx.

11.00am: Ċelebrazzjoni għall-istudenti tal-Iskola Primarja tal- Konservatorju tal-Isqof.

12.00pm: Ċelebrazzjoni għall-istudenti tal-Iskola Sekondarja tal- Konservatorju tal-Isqof.

2.00pm:   Siegħa talb, kant u adorazzjoni fis-skiet organizzata mil-Leġjun ta’ Marija.

3.00pm:   Siegħa talb, kant u adorazzjoni fis-skiet organizzata mill- Azzjoni Kattolika.

4.15pm: Ċelebrazzjoni tal-Għeluq għall-komunità parrokkjali, b’mod speċjali għat-tfal tal-Parroċċa, immexxija mill-Arċipriet, u li matulha ssir żifna mit-tfal u katekeżi fuq il-Kwadru Ta’ Pinu minn Dun Giovanni M. Curmi.                                    

5.15pm:   Pellegrinaġġ aux flambeaux bil-Kwadru insinji u mirakoluż tal-Madonna Ta’ Pinu bis-sehem tal-komunità parrokkjali mill-Bażilika ta’ San Ġorġ sa quddiem il-Knisja ta’ San Ġakbu fi Pjazza Indipendenza, minn fejn jibda triqtu lejn l-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex.

IL-ĦADD 20 TA’ JANNAR

11.45am: Ftuħ tal-Wirja Marjana Sub tuum præsidium mill-E.T. Mons. Mario Grech, Isqof ta’ Għawdex, fil-Mużew Il-Ħaġar.

Ara PDF: programm taz-zjara tal-kwadru tal-madonna ta’ pinu fil-parrocca ta’ san gorg 16-17 jan 2019