Il-Papa f’Santa Marta: L-ispirtu tad-dinja negħlbuh bil-fidi


Il-Ħamis, 10 ta’ Jannar 2019: Biex l-imħabba tagħna lejn Alla tkun konkreta għandna nħobbu lil ħutna, jiġifieri nitolbu għalihom kemm jekk huma simpatiċi u wkoll jekk huma antiptiċi. Nitolbu wkoll għall-għadu tagħna u ma nimtlewx b’sentimenti ta’ għira, ma nqassux għax dan ikisser lill-persuna.

Ir-riflessjoni li għamel il-Papa Franġsiku waqt il-quddiesa fil-kappella tad-Dar Santa Marta llum il-Ħamis 10 ta’ Jannar, kienet imnebbħa mill-qari meħud mill-ewwel ittra ta’ San Ġwann. L-Appostlu jitkellem dwar “il-mondanità’, qal il-Papa, meta jgħid li dawk li huma mnissla minn Alla, jirbħu d-dinja. Kien qed jitkellem dwar it-taqbida ta’ kuljum kontra l-ispirtu tad-dinja li hu giddieb, spirtu tal-apparenzi, mingħajr konsistenza filwaqt li l-Ispirtu t’Alla hu l-verità.

L-ispirtu tad-dinja hu l-vanità, spirtu ta’ ħwejjeġ li huma bla forza, bla sies, li jiġġarfu qieshom dak il-ħelu tal-karnival li jsejħulu “bugie”, għax mimli bl-arja. L-ispirtu tad-dinja hu mimli bl-arja għax jinganna, hu bin missier il-gideb.

L-Appostlu joffrielna t-triq tal-konkretezza tal-Ispirtu t’Alla li mhux mimli fantasiji, li jgħid u li jagħmel huma l-istess ħaġa. Jekk int mimli bl-Ispirtu t’Alla tagħmel it-tajjeb. L-Apposltu jgħidilna: min ma jħobbx ‘il ħuh li jarah ma jistax iħobb ‘l Alla li ma jarax.

Jekk m’għandekx ħila tħobb lil Alla konkretament, mhux veru li inti tħobbu. L-ispirtu tad-dinja hu spirtu li jifred u meta jidħol fil-familja, fil-komunità, dejjem joħloq il-firda, li tibqa’ tikber u tinqala’ l-mibgħeda, il-gwerer.

Ġwanni, kompla josserva l-Papa, jmur ‘l hinn minn hekk u jgħid li min iħobb ‘l Alla imma jobgħod lil ħuħ hu giddieb, jew aħjar, bin l-ispirtu tad-dinja. Jagħmlilna tajjeb nirriflettu ftit jekk lil Alla nħobbuhx verament.

Hemm tliet sinjali li juruna jekk aħna nħobbux lil għajrna jew le. L-ewwel wieħed: jien nitlob għal ħuti l-bnedmin?, min hu simpatiku għalija imma wkoll min narah antipatiku? It-tieni: meta nħoss sentimenti ta’ għira, jiġini f’moħħi lil nixtieqlu d-deni jew le? Ieqaf hemm, widdeb il-Papa. Tħallix dawk is-sentiment jirkbuk għax huma perikolużi.

Imbagħad hemm is-sinjal tal-ħajja ta’ kuljum: it-tqassis. Indaħħulha f’moħħna darba għal dejjem: jekk jien inqassas, lil Alla ma nħobbux għax bit-tqassis tkisser, teqred lill-persuna. Dak hu sinjal li lil dik il-persuna int ma tħobbhiex.

Jekk persuna tieqaf tqassas, ikkummenta l-Papa, jien għid li tkun qrib ħafna t’ Alla għax tkun qed tħares lil Alla fil-proxxmu. L-ispirtu tad-dinja jinegħleb bl-ispirtu tal-fidi: nemmen f’ħija għax hija l-fidi li għelbet lid-dinja. Neħtieġu ħafna fidi għax il-ħsibijiet umani mhumiex biżżejjed, jgħinu imma mhux se jservu għal dit-taqbda.

Hi biss il-fidi li ttina l-qawwa li ma nqassux, li nitolbu għal kulħadd, għall-għedewwa, biex ma ninħakmux minn sentimenti ta’ għira. B’dis-silta ta’ San Ġwann il-Mulej jitlob minna mħabba konkreta. Inħobbu lil Alla, imma jekk ma tħobbx lill-għajrek, ma tistax tħobb lil Alla. U jekk inti tgħid li tħobb lil għajrek imma fil-verità ma tħobbux, tobgħodu, int giddieb, temm il-Papa Franġisku.

Miġjub mit-Taljan għall-Malti minn Joe Huber.

One thought on “Il-Papa f’Santa Marta: L-ispirtu tad-dinja negħlbuh bil-fidi”

  1. Jiena lum blajnuna takom sipt il kelma li tant ilni nfitex limhabba t’Alla qabel ma kontc naf ghal fejn qed nejx kont nhosni wahdi vojt dalma bies kont nara .mhux jien sipt id dawl imma alla taghni il qawa ta lispirtu santu u mlini bil hena ferh u tama fidi iva Alla jhobbni kif jien .GRAZZI SINJUR ALLA U AHFIRLI S ALLA.

Comment

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s

This site uses Akismet to reduce spam. Learn how your comment data is processed.