L-Erbgħa 23 ta’ Jannar 2019: Illum il-Papa Franġisku beda Vjaġġ Appostoliku fil-Panama fejn huwa ser jieħu sehem fl-34 Jum Dinji taż-Żgħażagħ. Il-Papa jirritorna lura lejn il-Vatikan nhar it-Tnejn 28 ta’ Jannar.
Hawn taħt tara l-logo uffiċċjali tal-Jum Dinji taż-Żgħażagħ kif ukoll issib id-dettalji kollha tal-Vjaġġ tal-Papa filwaqt li tkun tista’ ssegwi dirett minn hemmhekk il-laqgħat kollha li ser jieħu sehem fihom permezz tal-Laikos fuq … http://www.laikos.org/tvl-vat-page.htm
Programm
L-Erbgha 23 ta’ Jannar 2019
RUMA – PANAMA
9:35 Tluq mill-Mitjar ta’ Ruma/Fiumicino lejn il-Panama
16:30 Wasla fil-Mitjar Internazzjonali Tocumen il-Panama
Merħba Uffiċċjali
16:50 Trasferiment lejn in-Nunzjatura Appostolika
Il-Ħamis 24 ta’ Jannar 2019
PANAMA
9:45 Ċerimonja ta’ merħba fid-dħul prinċipali tal- Presidenza tar-Repubblika Palacio de las Gracias
Żjara ta’ kortesija lill-President tar-Repubblika fil- Presidenza tar-Repubblika Palacio de las Gracias
10:40 Laqgħa mal-Awtoritajiet, mal-Korp Diplomatiku u mar-Rappreżentanti tas-Soċjetà fil-Palacio Bolivar – Ministeru tal-Affarijiet Barranin
11:15 Laqgħa mal-Isqfijiet tal-Amerka Ċentrali fil-Knisja ta’ San Franġisk ta’ Assisi
17:30 Ċerimonja ta’ merħba u ftuħ tal-JDŻ f’Campo Santa Maria la Antigua – Cinta Costera
Il-Ġimgħa 25 ta’ Jannar 2019
PANAMA
10:30 Liturġija Penitenzajali ma’ detenuti żgħażagħ fiċ-Centro de Cumplimiento de Menores Las Garzas de Pacora
11:50 Trasferiment bil-helicopter lejn in-Nunzjatura Appostolika
17:30 Via Crucis maż-żgħażagħ f’Campo Santa Maria la Antigua – Cinta Costera
Is-Sibt 26 ta’ Jannar 2019
PANAMA
9:15 Quddiesa bid-dedikazzjoni tal-altar tal-Katidral Bażilika ta’ Santa Maria la Antigua mas-saċerdoti, persuni kkonsagrati u movimenti lajċi
12:15 Ikla ta’ waranofsinhar maż-żgħażagħ fis-Seminarju Maġġuri San José
18:30 Velja maż-żgħażagħ f’Campo san Juan Pablo II – Metro Park
Il-Ħadd 28 ta’ Jannar 2019
PANAMA – RUMA
8:00 Quddiesa għal Jum Dinji taż-Żgħażagħ f’Campo San Juan Pablo II – Metro Park
10:45 Żjara lill-Casa Hogar del Buen Samaritano
16:30 Laqgħa mal-voluntiera tal-JDŻ fl-istadju Rommel Fernandez
18:00 Ċerimonja tal-Egħluq fil-Mitjar Internazzjonali tal-Panama
18:15 Tluq lejn Ruma
It-Tnejn 28 ta’ Jannar
PANAMA – RUMA
11:50 Wasla fil-Mitjar Internazzjonali Ruma-Ciampino
_____________
Żoni tal-Ħin
Ruma: +1 UTC
Panama -5 UTC