Tweet mill-Papa qabel telaq lejn il-Panama


L-Erbgħa 23 ta’ Jannar 2019: Dalgħodu l-Papa Franġisku telaq minn Ruma fi triqtu lejn il-Panama għas-26 vjaġġ appostoliku tal-pontifikat tiegħu.  Fil-Panama l-Papa se jieħu sehem fl-attivitajiet li qed jiċċelebraw l-34 Jum Dinji taż-Żgħażagħ u huwa t-tieni Papa wara San Ġwanni Pawlu II li qed iżur dal-pajjiż tal-Amerika Ċentrali.

download.jpgL-ajruplan tal-kumpanija Alitalia telaq lejn id-destinazzjoni tiegħu fl-għaxra nieqes disa’ minuti ta’ dalgħodu u għandu jasal fl-ajruport internazzjonali tal-Panama wara titjira ta’ madwar 13-il siegħa.  Fil-Panama jkun l-4.30 ta’ wara nofsinhar filwaqt li l-ħin tagħna jkun l-10.30 ta’ billejl.

Il-Papa bagħat tweet li fih stieden it-talb għal dan l-avveniment sabiħ ħafna u importanti fil-mixja tal-Knisja.  Qabel ma’ ħalla l-Vatikan Franġisku ltaqa’ ma grupp ta’ 8 żgħażagħ maħrubin minn pajjiżhom li sabu kenn fiċ-Ċentru Patri Arrupe f’Ruma.  Il-laqgħa saret fid-Dar Santa Marta.

Meta wasal fl-ajruport dalgħodu l-Papa sab jistennewh awtoritajiet reliġjużi u ċivili u wara li sellmilhom tela’ fuq l-ajruplan iġorr il-bagalja sewda, bħalma dejjem jagħmel, u li fiha jkollu l-brevjar u l-affarijiet tal-leħja.  Wara li tela’ t-taraġ tal-ajruplan, sellem lill-ekwipaġġ li kien qed jilqgħu abbord u reġa’ dar biex isellem lill-awtoritajiet.

Dan l-ewwel vjaġġ ta’ Franġisku fl-2019 hu mill-ġdid fl-Amerika Latina. Huwa vjaġġ b’dimensjoni Marjana minħabba l-motto tal-Jum Dinji meħud mit-talba tal-Magnificat: Hawn hi l-qaddejja tal-Mulej, ħalli jsir minni skont kelmtek.

Meta jasal fl-ajruport internazzjonali ta’ Tocumen se jingħata merħba uffiċjali peress li se jkunu qed jistennewh il-President tar-Repubblika Juan Carlos Varela flimkien ma’ awtoritajiet reliġjużi u ċivili.  Minnufih Franġisku mistennni jmur lejn in-Nunzjatura Appostolika, fejn se jkun joqgħod matul il-jiem li se jqatta’ fil-Panama.

Matul it-28 kilometru bejn l-ajruport u n-nunzjatura jidher li se jkunu jilqgħuh għadd kbir ta’ nies, fosthom l-eluf ta’ żgħażagħ li diġà jinsabu l-Panama.  L-għadd taż-żgħażagħ li nkitbu uffiċjalment huwa ta’ mija u ħamsin elf, iżda mistenni li dan l-għadd se jikber qatigħ sa ma jintemmu ċ-ċelebrazzjonijiet nhar il-Ħadd 27 ta’ Jannar.

Rapport mill-Kamra tal-Aħbarijiet ta’ Radju Marija

Comment

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s

This site uses Akismet to reduce spam. Learn how your comment data is processed.