Il-Jum Dinji taż-Żgħażagħ li jmiss se jsir fil-Portugall fl-2022

Fost ċapċip kbir u l-entużjażmu tas-seba’ mitt elf ruħ preżenti fil-Park Ġwanni Pawlu II għall-quddiesa tal-aħħar tal-Jum Dinji taż-Żgħażagħ, tħabbar li l-Jum Dinji li jmiss se jsir fil-Portugall. Se tkun fil-fatt il-belt ta’ Liżbona, il-kapital tal-Portugall li se tilqa’ fl-2022 il-Jum Dinji taż-Żgħażagħ li jmiss. Is-salib tal-Jum Dinji se jerġa’ lura fl-Ewropa wara li kien fi Krakovja l-Polonja fl-2016. Continue reading “Il-Jum Dinji taż-Żgħażagħ li jmiss se jsir fil-Portugall fl-2022”

Kotba bid-Duttrina Soċjali tal-Knisja se jitqassmu liż-żgħażagħ

Il-Ħamis 24 ta’ Jannar 2019: Il-Jum Dinjii taż-Żgħażagħ li bħalissa qed ikun ċelebrat fil-Panama bil-parteċipazzjoni tal-Papa Franġisku se jservi biex fih jitnieda ktejjeb imsejjaħ DOCAT li jiġbor fih it-Tagħlim Soċjali tal-Knisja. Din hi inizjattiva edukattiva unika maħsuba biex tilħaq iż-żgħażagħ fl-Amerika Ċentrali u ‘l hinn, appoġġjata minn Aid to Church in-Need li hi organiżazzjoni Kattolika approvata mill-Vatikan. Continue reading “Kotba bid-Duttrina Soċjali tal-Knisja se jitqassmu liż-żgħażagħ”

Wara il-ġranet fid-djoċesi jibda l-JDŻ: żgħażagħ mid-dinja kollha “jfittxu ħafna tweġibiet”.

Panama – Aktar minn 30,000 pellegrini żagħżagħ minn madwar id-dinja, diġa waslu  fil-Panama għall-Jum Dinji taż-Żgħażagħ (JDŻ) li beda uffiċjalment fil-5 ta’ filgħaxija nhar it-Tlieta 22 ta’ Jannar, biċ-ċerimonja tal-ftuħ u l-Quddiesa. It-tema magħżula hija: “Ara, jiena l-qaddejja tal-Mulej, ħa jsir minni skont kelmtek ” (Luqa 1:38). Continue reading “Wara il-ġranet fid-djoċesi jibda l-JDŻ: żgħażagħ mid-dinja kollha “jfittxu ħafna tweġibiet”.”

Il-Jum Dinji taż-Żgħażagħ fil-Panama

AMERIKA/PANAMA – Wara il-ġranet fid-djoċesi jibdew il-JDŻ: żgħażagħ  mid-dinja kollha “jfittxu ħafna tweġibiet”.

L-Erbgħa 23 ta; Jannar 2019: Panama City (Agenzia Fides) – Aktar minn 30,000 pellegrini żagħżagħ waslu diġa fil-Panama minn madwar id-dinja għall-Jum Dinji taż-Żgħażagħ (JDŻ) li kellu jibda uffiċjalment fil-5 ta’ filgħaxija nhar it-Tlieta, 20 ta’ Jannar, biċ-ċerimonja tal-ftuħ u l-Quddiesa. It-tema magħżula hija: “Ara, jiena l-qaddejja tal-Mulej, ħa jsir minni skont kelmtek ” (Lk 1:38). Skond l-organizzaturi, il-parti l-kbira taż-żgħażagħ li waslu għal JDŻ ġew mill-Kolombja, mill-Polonja, mill-Brażil, mill-Istati Uniti, mill-Messiku u mill-Gwatemala. Waslu wkoll żewġ bastimenti li kienu salpaw minn Franza u l-Polonja. Continue reading “Il-Jum Dinji taż-Żgħażagħ fil-Panama”

Tweet mill-Papa qabel telaq lejn il-Panama

L-Erbgħa 23 ta’ Jannar 2019: Dalgħodu l-Papa Franġisku telaq minn Ruma fi triqtu lejn il-Panama għas-26 vjaġġ appostoliku tal-pontifikat tiegħu.  Fil-Panama l-Papa se jieħu sehem fl-attivitajiet li qed jiċċelebraw l-34 Jum Dinji taż-Żgħażagħ u huwa t-tieni Papa wara San Ġwanni Pawlu II li qed iżur dal-pajjiż tal-Amerika Ċentrali. Continue reading “Tweet mill-Papa qabel telaq lejn il-Panama”

Vjaġġ Appostoliku tal-Papa Franġisku fil-Panama fl-okkażżjoni tal-XXXIV Jum Dinji taż-Żgħażagħ

fr1-Panama.jpgL-Erbgħa 23 ta’ Jannar 2019: Illum il-Papa Franġisku beda Vjaġġ Appostoliku fil-Panama fejn huwa ser jieħu sehem fl-34 Jum Dinji taż-Żgħażagħ.  Il-Papa jirritorna lura lejn il-Vatikan nhar it-Tnejn 28 ta’ Jannar.

Hawn taħt tara l-logo uffiċċjali tal-Jum Dinji taż-Żgħażagħ kif ukoll issib id-dettalji kollha tal-Vjaġġ tal-Papa filwaqt li tkun tista’ ssegwi dirett minn hemmhekk il-laqgħat kollha li ser jieħu sehem fihom permezz tal-Laikos fuq … http://www.laikos.org/tvl-vat-page.htm Continue reading “Vjaġġ Appostoliku tal-Papa Franġisku fil-Panama fl-okkażżjoni tal-XXXIV Jum Dinji taż-Żgħażagħ”