Servizz Ekumeniku Djoċesan 2019


Il‑Ġimgħa, 25 ta’ Jannar 2019: Ġie ċċelebrat servizz ekumeniku fil-Knisja Arċipretali ta’ San Pawl Nawfragu, il-Belt Valletta. L‑Arċisqof Charles J. Scicluna ippresieda dan is-servizz ekumeniku djoċesan.

Ir-riflessjoni biblika saret mill-Kanonku Simon Godfrey, il-Kanċillier tal-Pro Katidral Anglikan ta’ San Pawl, il-Belt Valletta. Is-servizz ekumeniku kien animat mill-kor Joy Gospel.

Is-servizz ekumeniku jagħlaq il‑Ġimgħa ta’ Talb għall‑Għaqda fost l‑Insara li tiġi ċċelebrata kull sena mill-Insara kollha madwar id-dinja bejn it-18 u l-25 ta’ Jannar.