Kalkutta, pellegrini Ċinisi jitolbu fuq il-qabar ta’ Mother Teresa


L-Erbgħa 6 ta’ Marzu 2019:Mother Theresa, fundatriċi tal-Missjunarji tal-Karità qatt ma rnexxielha ddaħħal is-sorijiet tagħha fiċ-Ċina. Madankollu il-messaġġ tagħha ta’ mħabba u karità għall-ifqar fost il-fqar ispira assoċjazzjoni lokali ta’ lajċi. Din illum tgħodd iktar minn 6,000 membru, li qed jaqdu lill-fqar u lill-morda.

INDIA_-_CINA_-_0305_-_Madre_Teresa_4Mumbai (AsiaNews) –  Grupp ta’ Pellegrini li  ġew miċ-Ċina kontinentali bħalissa qegħdin iżuru Kalkutta, fis-sede arċiveskovili. Huma mseħbin f’”terz’odni” ispirat minn Mother Teresa. Il-grupp, 30 ruħ akkumpanjati minn żewġ saċerdoti,  ġew milqugħin mill-Arċisqof Thomas D’Souza, li tenna lil Asia News “Il-ferħ tagħhom jittieħed”.

Mother Teresa qatt ma rnexxielha twettaq il-ħolma tagħha li twassal il-missjunarji tagħha fiċ-Ċina, għaliex il-Gvern ta’ Beijing kien oppona. Madankollu iż-żerriegħa li xterdet fuq art Ċiniża tat il-frott, tant li wasslet sabiex titwaqqaf din l-assoċjazzjoni tal-lajċi: huma rġiel u nisa li jgħixu u jwettqu l-ħidma tagħhom fl-irħula ispirati mill-messaġġ ta’ mħabba u karità ta’ Mother Teresa għall-ifqar fost il-fqar.

Il-pellegrini talbu fuq il-qabar ta’ Mother Teresa, fid-dar  ġeneralizja tal-Missjunarji tal-Karità, l-ordni mwaqqaf mis-soru ta’ oriġini Albaniża. Patri Dominic Gomes, Vikarju Ġenerali tad-djoċesi jirrakkonta: “Għamilna tista’ tgħid siegħa flimkien. Minn kif inhuma lebsin qishom saċerdoti u sorijiet, meta fil-fatt huma sempliċi lajċi li qegħdin jaħdmu fost l-ippersegwitati fiċ-Ċina”. Mbagħad żied jgħid: “Xtaqu jisimgħu ir-ritmu tat-tabla (N. tambur tipiku Indjan) u aħna daqqejnihulhom, wara t-tberik tal-oġġetti sagri fil-kappella”.

Mons. D’Souza jirraporta li llum fiċ-Ċina din l-assoċjazzjoni ispirata mill-kariżma ta’ Mother Teresa “tgħodd madwar 6000 membri. Qegħdin jaħdmu f’disgħa djoċesijiet. L-iktar li qegħdin jaħdmu huwa fil-qasam karitatevoli u l-evanġelizzazzjoni. Jivvjaġġaw minn raħal għal ieħor ixerrdu l-messaġġ tal-imħabba. Qegħdin għall-qadi tal-morda u tal-fqar”. Fl-aħħar jtemm jgħid: “Kienet tassew ħaġa li tedifikak meta tiltaqa’ ma’ dawn il-pellegrini Ċiniżi”.

Rappoprt ta’ Nirmala Carvalho fuq asianews.it

Rapport bil-Malti ta’ Louis Spiteri

 

Author: laikosblog

Blog tas-Segretarjat għal-Lajċi.